The School

The Staff

Development Plan

Activities

The School Council

Kids' Corner

Contact Us

 

 


Click for English Version

 

 

TOP

 

 

 

 

 

 

 

 

TOP

























TOP

L-isem Żejtun hu isem qadim ħafna. Iż-Żejtun huwa msejjaħ bit-titlu ta' Citta Beland, mogħti mill-Granmastru tal-Kavallieri ta' Malta Ferdinand von Hompesch fl-1797.



L-istudjużi mhux dejjem qablu
minn fejn ġie dan l-isem.  Kien hemm min qal li l-isem ġej mill-kelma żejt waqt li oħrajn jgħidu li l-isem ġej minn żejtuna li fil-Malti antik tfisser żebbuġa.  Dawn ikomplu jispjegaw li Żejtun hi l-plural ta’ żejtuna. 

Li hu żgur hu li ż-Żejtun fil-passat kien hawn
ħafna siġar taż-żebbuġ u ħafna bdiewa kienu jipproduċu ż-żejt.  Din l-industrija spiċċat mir-raħal mijiet ta’ snin ilu.

Iż-Żejtun huwa wie
ħed mill-irħula l-iktar antiki ta’ Malta.  Fi żminijet oħra kien jinkludi miegħu anki l-irħula tal-madwar jiġifieri Ħaż-Żabbar, Marsaxlokk u Ħal Għaxaq.  Maż-żmien dawn inqatgħu għalihom minħabba li l-popolazzjoni kibret.  Diversi fdalijiet minn żminijiet differenti li nstabu jikkonfermaw din l-antikita` tar-raħal.  Is-sejba klassika hija dik ta’ villa rumana fil-Liċeo il-ġdid tal-Bniet Carlo Diacono imma hu fatt li fdalijiet iktar antiki f’oqsma madwar dan ir-raħal nstabu wkoll. 

G
ħalhekk nistgħu ngħidu bla tlaqliq li ż-Żejtun hu raħal mimli storja li aħna forsi għax twelidna u trabbejna fih mhux dejjem napprezzawha.    Tajjeb ngħidu li l-kelma Żejtun bdiet tintuża għall-ħabta li nbniet il-parroċċa.    Iż-Żejtun bħala parroċċa ilu jeżisti sa qabel l-1436.  L-istudjużi jitkellmu fuq rqajja’ bħal Ħal Tmiem, Bi Sqallin, Ħal Ġwann u oħrajn.

T
ħares madwarek tintebaħ b’dan il-patrimonju sinjur.  Per eżempju fiż-Żejtun hemm numru ta’ knejjes u kappelli; barra l-knisja parrokjali li għandha t-taħżiża tal-kbir Gafa li fost l-oħrajn għamel il-pjanta tal-Kattidral ta’ l-Imdina. 

Fost dawn il-knejjes tispikka dik ta’ San Girgor li fil-verita` hi ddedikata lil Santa Katerina ta’ Lixandra imma baqg
ħet magħrufa hekk minħabba l-istatwa li hemm biswit il-knisja.  Tajjeb inżidu li din l-istatwa qed tħares lejn l-Imdina.  Marbuta mal-knisja hemm il-famuża purċissjoni li ssir l-ewwel Erbgħa wara l-Għid il-Kbir magħrufa bħala ta’ San Girgor.  L-istoriċi ma jaqblux bejniethom x’wassal għal din il-purċissjoni.  Min isemmi li Alla ħeles lil Malta mill-maltemp.  Min isemmi ħelsien mill-furbani.    

Fl-antik il-purċissjoni kienet ferm itwal mil-lum u kienet titlaq mill-Imdina u kienet tinvolvi
ħafna iktar pompa u kulur.  Xi ħaġa kurjuża huwa l-passaġ sigriet li nstab f’dil-knisja li jagħtina x’naħsbu li l-knisja ntużat ukoll bħala protezzjoni mill-għadu.  Mhux ta’ b’xejn li ż-Żejtun huwa mdawwar b’diversi postijiet ta’ difiża għax huwa l-ewwel art malli tinżel mill-baħar.

Qabel il-bini ta’ dawn il-fortizzi wie
ħed jista’ jikkonkludi waħdu kemm batew iż-Żwieten u kemm minnhom spiċċaw inqabdu lsiera mill-għadu.  Kienu l-Kavallieri li bnew dawn id-difiżi.  Ħafna rġiel Żwieten anki sabu xogħol magħhom u għalhekk ma nkunux qed nesaġeraw jekk ngħidu li ż-Żejtun gawda meta Malta kien hawn l-Ordni ta’ San Ġwann.

Ġojjel ie
ħor għaż-Żejtun hija l-Knisja parrokkjali ddedikata lil Santa Katerina li l-festa tagħha tiġi ċċelebrata fis-sajf, għalkemm il-festa proprja taħbat nhar il-25 ta' Novembru. Il-knisja ġiet ikkonsagrata f’Mejju, ta’ l-1744 mill-Isqof De Bussan, u l-ewwel arċipriet kien Dun Pawl Branchel.  Il-knisja nbniet bil-ġenorożita tal-Markiż Girgor Bonnici u bl-entużjażmu taż-Żwieten u l-kappillani tagħhom.  Il-knisja fiha ħafna xogħol artistiku u f’din il-knisja ħadem il-pittur Tuse Busuttil li fost l-oħrajn kien studja mal-ġenju Lażżru Pisani.
L-
Arċipriet preżenti huwa Dun Eric Overend, filwaqt li s-Sindku tar-raħal huwa Mr. Joe Attard.

Il-popolazzjoni taż-Żejtun skond iċ-ċensiment ta' l-1995 kienet ta' 11379.


Links li għandhom x'jaqsmu maż-Żejtun:

Kunsill Lokali taż-Żejtun
Parroċċa taż-Żejtun
Arċidjoċesi ta' Malta - Parroċċa taż-Żejtun
Passaġġi moħbija fil-Knisja ta' San Girgor - Żejtun
Il-Knisja ta San Girgor - Żejtun
Informazzjoni dwar il-popolazzjoni taż-Żejtun - MEPA
Il-Banda Beland - Żejtun
Għaqda Banda Żejtun
Il-grupp ta' l-Iscouts - Żejtun
L-iskola Carlo Diacono - Junior Lyceum tal-Bniet - Żejtun
Dar Nazareth
Corinthians Football Club - Żejtun
Juventutis Domus Sacra Familia - Żejtun

Links oħra:

Di-ve
Maltamedia

Aboutmalta
Skolaħbieb
Malta Olympic Committee - Melbourne 2006
Sedqa
Edward Debono
German Maltese Circle
Appogg 
Campus FM
WasteServ Malta
Thinking Skills
St. James Cavalier Centre for Creativity
Windmills of Malta
Ministry of Competitiveness and Communications
Heritagemalta
Ir-razzett tal-Ħbiberija/Park of Friendship