LIL MIKIEL ANTON VASSALLI

Vassalli, meta ngharrex gewwa hsiebek,
il-hsieb li kiber ma' zghuzitek f'Ruma,
u kif fissirtu fit-tahdit ma' hbiebek,
meta lil artek rajt bil-han mahkuma;

u n-nafra tas-sultan li xejn ma giebek
wara t-twissja b'ghaqal kbir mahduma,
u l-ghawg u l-ghar li ngabar wara biebek
u l-habs u l-harba f'nofs ta' lejl mitmuma,

"Malti safi tassew!" johrog minn fommi;
mhux ghax ghallimtna l-gmiel, is-sahha, il-ghana
tal-lsien li tkellmu bih ommok u ommi,

izd'ghax habbejtha lil din l-art hanina,
u kont ewlieni fost in-nisel taghna
li hsibt il-jedd li nkunu gens ghalina.

back to biography of Dun Karm