Riżorsi għall-Klassi
Hawnhekk tista’ ssib sensiela ta’
riżorsi li jmorru mal-preżentazzjoni u ma’ l-attivitajiet
interattivi ta’ fuq l-Internet. Dawn ir-riżorsi jinkludu
Folji ta’ Tagħrif u ta’ Taħriġ li l-istudenti jkunu
jistgħu jużaw waqt ix-xogħol tal-klassi meta ma jkunux
fuq il-kompjuter. Tista’ ssib ukoll sett ta’ riżorsi li
jikkumplimentaw il-lezzjoni, bħal ċarts, flashcards
u posters.
Dawn ir-riżorsi huma kollha
f’format PDF biex tkun tista’ tistampahom mingħajr
problemi. Niżżel il-plugin ta’ l-Acrobat Reader
jekk ma tkunx tista’ tara l-fajls sewwa fuq l-iskrin.
|

Niżżel u installa l-Acrobat Reader
|
|
|
Fuq
Riżorsi dwar il-munita ta' l-ewro
|
|

Sett ta' attivitajiet u riżorsi biex
tistampa jew tuża fi
programmi bħal Kid Pix u Print Shop
|
|
|
Fuq
Ċart: UEchart.pdf
|
|
Din iċ-ċart fiha mappa ta’ l-Unjoni Ewropea
u l-bnadar ta’ l-istati msieħba kollha.
Il-fajl PDF jaqsam iċ-ċart fuq disa’ folji
A4. Biex timmuntaha, inkolla l-folji ma’
kartonċin iebes u mbagħad għaqqadhom
flimkien. |
 |
|
|
|
Fuq
Fuq
Folji Tagħrif
|
|
UEintro.pdf
fiha żewġ paġni li tista’ tiffotokopja biex
it-tfal jużaw waqt ix-xogħol tal-klassi
bħala referenza.
UEInfoMuniti.pdf huwa fajl li fih sett ta’
erba’ posters tad-daqs A4 b’informazzjoni
dwar l-ewro. Dawn tista’ tillaminahom
bil-plastik qabel ma jużawhom l-istudenti
waqt ix-xogħol tagħhom. Wara jistgħu
jiddendlu fil-klassi wkoll. |
|

UEintro.pdf |

UEInfoMuniti.pdf |
|
|
|
Fuq
Tiftix fuq l-Internet
|
|
UETiftixInternet.pdf fih tliet folji ta’
attivitajiet biex l-istudenti jirriċerkaw
l-Internet għal tagħrif partikulari dwar l-Unjoni
Ewropea. Il-gruppi ta’ studenti fuq
il-kompjuter jistgħu jingħataw tiftixa
differenti. |
 |
|
|
|
Fuq
Logħob Dominoes
|
|
Hawnhekk
għandek tliet settijiet differenti ta’
logħob tad-Dominoes. L-istruzzjonijiet kif
timmonta l-cards u tilgħab il-logħob qegħdin
fil-fajls PDF infushom.
UEDominoesPopol.pdf: mill-iżgħar għall-akbar
pajjiż skond il-popolazzjoni
UEDominoesDaqs.pdf: mill-ikbar għall-iżgħar
pajjiż skond id-daqs
UEDominoesBliet.pdf: il-bliet kapitali
tal-pajjiżi
|

UEDominoesPopol.pdf |
|

UEDominoesDaqs.pdf |

UEDominoesBliet.pdf |
|
|
Fuq
Flashcards
|
|
|
Dawn huma
żewġ settijiet ta’ flashcards.
Flashcards1.pdf huwa sett ta’ cards
għal kull stat imsieħeb fl-Unjoni, bid-dettalji
kollha li jinsabu fil-programm ta’
preżentazzjoni. It-tieni sett ta’ cards
fih l-ismijiet tal-pajjiżi kollha msieħba
fl-Unjoni. |
|

UEflashcards1.pdf |

UEflashcards2.pdf |
|
|
|
Fuq
Fuq
|