Margaret Mortimer Girls' Junior Lyceum - Welcome
Margaret Mortimer Junior Lyceum, Santa Lucija, Malta

Spring Day in Europe

 

  

Home

Il-Proġett

Attivitajiet

Links

Kontribuzzjoni minn St Martin's College

Ikkuntattjana

Irreġistra l-iskola tiegħek hawn

 

 

Il-Proġett għal Jum ir-Rebbiegħa:

Il-Kostituzzjoni l-ġdida

L-ewwel proġett għal Jum ir-Rebbiegħa fl-Ewropa ġie ċċelebrat f'Marzu 2003 u kien suċċess kbir b'aktar minn 6,000 skola Ewropea li rreġistraw biex jieħdu sehem. Fil-proġett ta' l-2003 ħadu sehem ħames skejjel Maltin. Fl-2004 saret it-tieni edizzjoni tal-proġett u fost l-eluf ta' skejjel li ħadu sehem kien hemm ukoll 14-il skola minn Malta.

Din is-sena l-proġett għal Jum ir-Rebbiegħa se jsir għal darb'oħra permezz ta' l-Internet u t-tema se tkun il-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea. L-għan tal-proġett hu li jżid l-informazzjoni u l-għarfien ta' dak li qed iseħħ madwarna.

Din is-sena l-iskejjel li jirreġistraw se jirċievu bil-posta materjal għall-għalliema biex ikunu jistgħu jippreparaw il-lezzjonijiet.

X'jistgħu jagħmlu l-iskejjel għal Jum ir-Rebbiegħa

Il-website uffiċjali, li tinsab bi 23 lingwa inkluż il-Malti, fiha minjiera ta' informazzjoni dwar il-pajjiżi membri u l-kandidati għas-sħubija ma' l-UE. Hija tinkludi numru kbir ta' ideat dwar x'jistgħu jagħmlu l-iskejjel biex ikunu parti mill-proġett ta' Jum ir-Rebbiegħa. Dawn jinkludu dibattiti, chats, proġetti, riċerka bl-Internet, skambji ta' żjarat, kwizzijiet u bosta ideat oħra li faċilment jistgħu jiġu organizzati flimkien ma' l-istudenti fl-iskola. Kull attività tipprovdi linji ta' gwida speċifiċi dwar it-tagħlim, riżorsi, formola għas-sottomissjonijiet u lista ta' kontribuzzjonijiet. Attività tista' ddum siegħa, ġurnata, ġimgħa jew xahar. Il-website ta' Jum ir-Rebbiegħa toffri wkoll links għal:

          X'qed jiġri fl-iskejjel Ewropej

          Aħbarijiet dwar il-Kostituzzjoni

          Korrispondenti żgħażagħ: tim ta' studenti Ewropej jiktbu dwar Jum ir-Rebbiegħa għal studenti oħra

          Paġni ta' tagħrif dwar 28 pajjiż Ewropew

          Forum ta' diskussjoni

          Il-website ta' l-iskejjel kollha rreġistrati

Il-Proġett ta' Jum ir-Rebbiegħa juri kif it-teknoloġija ta' l-informatika tista' tikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità ta' l-edukazzjoni. L-attivitajiet u l-proġetti għandhom messaġġ għall-popli fl-Ewropa u lil hinn minnha, billi jħajruhom isiru jafu lil xulxin aħjar, jaqsmu n-natura unika ta' l-identità tagħhom u jsemmgħu leħinhom.

Tista' tirreġistra l-iskola tiegħek online ISSA STESS fuq http://futurum2005.eun.org

Għal aktar tagħrif u għajnuna jekk jogħġbok ikkuntattja lil Sue Privitelli (koordinatriċi ta' Malta) fuq: 

sue.privitelli@onvol.net

Home

 

Home   Website tal-Gvern ta' Malta   Politika ta' Privatezza   Ikkuntattja lill-Awtriċi