Margaret Mortimer Girls' Junior Lyceum - Welcome

Margaret Mortimer Junior Lyceum, Santa Lucija, Malta

Spring Day in Europe

 

 

Home

Proġett

Attivitajiet

Links

Kontribuzzjoni minn St Martin's College 

Ikkuntattjana

Irreġistra l-iskola tiegħek hawn

 

L-attivitajiet ta' l-iskola:

 

Tagħlim mifrux fuq diversi suġġetti - mill-14 sal-25 ta' Marzu 2005

Uħud mill-għalliema ta' l-Iskola Margaret Mortimer se jiddedikaw din il-ġimgħa għat-tagħlim dwar il-kulturi, il-valuri u l-identitajiet Ewropej kif ukoll tagħrif ġenerali dwar pajjiżi differenti fl-Unjoni Ewropea, b'enfasi fuq il-kostituzzjoni. L-istudenti se jużaw il-kmamar għall-kompjuters  biex jidħlu online u jsiru jafu aktar dwar Jum ir-Rebbiegħa fi skejjel ta' pajjiżi oħra.

 

'Chat' u konferenza video -17 ta' Marzu 2005

L-istudenti se jkunu jistgħu jiċċettjaw ma' studenti minn pajjiżi oħra dwar dak li jkun qed iseħħ fl-iskola tagħhom f'Jum ir-Rebbiegħa.

F'din il-ġurnata se nippruvaw ukoll norganizzaw konferenza video ma' skola minn mill-inqas pajjiż wieħed ieħor Ewropew.

 

 

 

Home   Website tal-Gvern ta' Malta   Politika tal-Privatezza   Ikkuntattja lill-Awtriċi