
TEMI TAL-POEŻIJA:
° IS-SOLITUDNI
° IT-TOQOL TAL-ĦAJJA

F’din il-poeżija Rużar Briffa jitkellem dwar it-toqol tal-ħajja tiegħu. Huwa jgħid li sa minn meta kien żgħir kien waħdu u ħadd ma tah pariri la dwar il-futur qrib u lanqas dwar il-futur imbiegħed. Tfulitu kienet iebsa imma sabiħa (“għoljiet xemxija”).
Kien ukoll permezz tal-ħila tiegħu li skopra t-talent tal-poeżija.
Madankollu, ż-żmien tat-tfulija malajr għadda. Ħajtu saret kerha u mimlija tbatija (“kollox jagħti fis-sewdieni”) tant li nesa l-ferħ tal-bidu.
Jgħid li l-uniku faraġ li kellu f’ħajtu kienet il-poeżija.
Fl-aħħar, Briffa jgħid li minkejja li ħajtu kienet iebsa, hu ma tfarrakx taħt it-toqol tagħha. Minkejja li kiber, il-poeżija tiegħu baqgħet sabiħa u mimlija ħajja.
