Merħba fil-website ta' Jum ir-Rebbiegħa fl-Ewropa 2006. 

Jum ir-Rebbiegħa huwa proġett imtella mill-European Schoolnet li ilu għaddej tlett snin.  Is-sena li għaddiet 6620 skola min madwar l-Ewropa kollha ddibattiet il-Kostituzzjoni Ewropea.

Din is-sena Jum ir-Rebbiegħa qed tagħti l-opportunita lill-iskejjel Ewropej biex isaħħu d-Djalogu, d-Diskussjoni u d-Demokrazija.  Numru ta' attivitajiet qegħdin jiġu preżentati f'tlett oqsma differenti :

L-istudenti flimkien ma l-għalliema tagħhom qed jiġu nkoraġġuti biex fil-21 ta' Marzu (Jum ir-Rebbiegħa) u fid-9 ta' Mejju (Jum l-Ewropa) jorganiżżaw attivitajiet fl-iskejjel tagħhom.  Għal kull attivita jiġu provduti linji ta' gwida speċifiċi dwar it-tagħlim, riżorsi, formola għas-sottomissjonijiet u lista ta' kontribuzzjonijiet.


Attivitą tista' ddum
siegħa, ġurnata, ġimgħa jew xahar.
 Il-website ta' Jum ir-Rebbiegħa toffri wkoll links għal:

Il-proġett ta' Jum ir-Rebbiegħa juri kif it-teknoloġija ta' l-informatika tista' tikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalitą ta' l-edukazzjoni. L-attivitajiet u l-proġetti għandhom messaġġ għall-popli fl-Ewropa u lil hinn minnha, billi jħajruhom isiru jafu lil xulxin aħjar, jaqsmu n-natura unika ta' l-identitą tagħhom u jsemmgħu leħinhom. Jiġu organizzati wkoll numru ta' online chats fejn studenti jkollhom l-opportunita jiddiskutu ma' figuri publiċi mportanti fl-Unjoni Ewropea.

Ċertifikati ta' parteċipazzjoni flimkien ma' tifkira żgħira se tiġi ppreżentata lil kull min jirreġistra.  Għal aktar tagħrif dwar dan il-proġett u biex tirreġistra l-iskola tiegħek nistednuk tidħol fuq www.springday2006.org.

L-iskejjel kollha, primarji, sekondarji u post-sekondarji (kemm skejjel tal-gvern, tal-knisja kif ukoll indipendenti) huma mistiedna jirreġistraw billi jagħfsu fuq il-buttuna Irreġistra fuq in-naħa tal-lemin.