Mill-Koordinatur tal-Websajt
Għalfejn din il-websajt? Għal min hi maħsuba? Kif tużaha?
  • Għal min hi maħsuba din il-websajt?
  • Kif għandha tintuża?
  • Kif tista' tieħu l-aħjar benefiċċju minnha?
Din il-websajt hija maħsuba biex tgħin lill-għalliema, lill-istudenti u lill-ġenituri fit-tagħlim tal-Istudji Soċjali fil-livell tal-Primarja. Kelma żgħira lil kull wieħed u waħda minn dawn:
  • LILL-ISTUDENTI - din il-websjat ma tistax u ma għandha qatt tissostitwixxi l-lezzjonijiet tal-għalliem/a. Il-websajt hija maħsuba biex tikkumplimenta l-lezzjonijiet tal-għalliem/a. Allura dejjem għandek toqgħod attent u tipparteċipa waqt il-lezzjonijiet.
  • LILL-GĦALLIEMA - il-websajt mhijiex intiża biex tissostitwixxi l-bosta riżorsi li bnejtu matul iż-żmien li ilkom tgħallmu. Minflok għandha tgħinkom iddaħħlu iktar l-użu tal-IT fil-lezzjonijiet tagħkom. Jekk gaħndkom materjal li tixtiequ tixxerjaw ma' sħabkom, ikkuntattjawni fuq l-email ta' hawn taħt.
  • LILL-ĠENITURI - jekk tinteressaw ruħkom f'dak li uliedkom qegħdin jitgħallmu l-iskola, din il-websajt hija għalikom ukoll. Ftakru perņ lil-aħjar mod kif tkabbru l-għerf u l-ħiliet ta' wliedkom huwa billi tiddiskutu magħhom, toħorġuhom u turuhom il-postijiet ta' nteress li qatt mhu possibbli jaraw mal-għalliema tagħhom.  
Ħajr lill-għalliema li tawni materjal u riżorsi li żgur qed ikunu utli għall-għalliema sħabhom li jgħallmu fl-iskejjel Primarja. Nixtieq inrodd ħajr ukoll b'mod speċjali lill-HODs tal-Primarja Ms Antoinette Attard u s-Sur John Vella tas-sostenn kontinwu li tawni fl-iżvilupp ta' din ir-riżorsa edukattiva.
 
Tony Pace
Uffiċċjal Edukattiv (Primarja) - ikkuntattjawni fuq: tony.a.pace@gov.mt