NBS M A R I A    R E G I N A    C O L L E G E
B O Y S'   S E C O N D A R Y,   N A X X A R
Home About Us News Activities Students' Work Staff
Principal's Section School Council School Policies Useful Links Contact Us

School Policies




Respect your teachers








Respect each other








Homework








No bullying








No mobiles

Responsabbiltajiet ta' l-Istudent

Li dejjem turi rispett lejn l-istudenti kollha, għalliema u membri oħra fl-iskola.
Li tagħmel ix-xogħol tiegħek mill-aħjar li tista' u tieħu sehem fl-attivitajiet li jsiru.
Li tagħmel
il-parti tiegħek biex l-ambjent ikun liberu minn kull preġudizzju u bullying.
Li
tigi l-iskola pulit, liebes l-uniformi kif suppost, u li dejjem iġġib ruħek sew, kemm fl-iskola waqt kull attivita', kif ukoll int u ġej l-iskola jew waqt li tkun sejjer lura d-dar.
Li tieħu ħsieb l-affarijiet tiegħek u ta' ħaddieħor.
Li tagħmel ħiltek biex tkun responsabbli u li tgħin lill-iskola meta jkunu qed jiġu protetti d-drittijiet ta' l-oħrajn.
Li dejjem turi edukazzjoni f'dak li għandek xi tgħid, u li dan tagħmlu f'waqtu.
Li tuża dawn
il-facilitajiet kollha skond ir-regoli u l-proċeduri ta' l-iskola.


Kriterji ta' l-iskola dwar l-imġiba ta' l-istudenti

Imġiba Tajba
L-iskola tistenna mġiba tajba minn kull student.
Kun edukat u uri rispett, ftakar li għandek dejjem tuża manjieri tajba.
Uri
ħbiberija; tibbuljax u tiġġilidx ma' studenti oħra.
Kun nadif, ħu ħsieb
il-klassi u l-bitħa ta' l-iskola; uża l-bins.
Agħti attenzjoni; dejjem ħu ħsieb il-kotba ul-apparat fl-iskloa.
Żomm il-kwiet; ftakar li n-nies ta' madwarek qegħdin jaħdmu.

Kodiċi ta' l-ilbies
L-uniformi għandha tinżamm nadifa u f'kundizzjoni tajba.
L-istudenti jistgħu jilbsu BISS arlogg sempliċi.

Assemblies
Kun puntwali.
Ilbes l-uniformi kompluta.
Ħu sehem u ġib ruħek sew.

Bdil ta' Lezzjonijiet
Bejn il-lezzjonijiet m'għandux ikun hemm għajjat, tlajjar jew ġiri.
Għal-lezzjonijiet, l-istudenti jistennew 'l-għalliema qabel jidħlu fil-klassi.
Meta l-istudenti jkollhom replacement lesson, m'hux permess li joqogħdu jduru ma' l-iskola bies ikellmu
għalliema/studenti oħra.

Xogħol ta' l-iskola u Xogħol għad-dar
Ix-xogħol li jingħata għandu jsir u jingħata dejjem fil-ħin.
Irid ikun ta' livell tajjeb u ppreżentat pulit.
Il-kotba jridu jinġiebu kuljum, skond il-lezzjonijiet.
M'għandux isir ikkupjar ta' xogħol.
Jekk ix-xogħol ikun magħmul bi traskuraġni jew jingħata tard, l-istudenti m'għandhomx jippretendu li dan ikun ikkoreġut.

Bullying
Bullying fiżiku, verbali u emozzjonali huwa pprojbit u għandu jigi rrapurtat IMMEDJATAMENT lill-Kap ta' l-iskola. Fil-każ li ma tkunux tistgħu tkellmuh kellmu lil xi membru ta' l-istaff.

Oġġetti Projbiti
Chewing gum, telefons ċellulari, radjijiet, walkman, ikel waqt
il-lezzjonijiet, fliexken tal-hġieġ, rivisti li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-iskola, kull forma ta' logħob u kull oġġett ieħor li jista jservi ta' ħsara ghall-istudenti, m'humiex permessi.  

 

Back to top

Designed by I. Farrugia   Best Viewed: 1024 by 768