L-għalliema tal-guidance: Mr. C. Azzopardi, Ms. J. Galea u Ms. L. Attard.
Ta’ kull sena l-għalliema tal-guidance jaħdmu id f’id mal-counsellor ta’ l-iskola, din is-sena Ms. M. Baldacchino, u jitkellmu u jaħdmu b’dedikazzjoni kbira ma’ l-istudenti u l-ġenituri, biex jgħollu l-istima ta’ l-istudenti fihom infushom, ikunu ta’ sapport u juruhom bosta triqat tajbin li jistgħu jaqbdu. Jifirħu wkoll bis-suċċessi ta’ l-istudenti.
Ix-xogħol ma jsirx biss fl-iskola tagħna iżda wkoll fl-iskejjel primarji, fejn dawn l-għalliema jduru bosta skejjel u jitkellmu ma’ l-istudenti tal-Year 6 u mal-ġenituri dwar il-bidla minn skola primarja għal skola sekondarja u l-għażla tas-suġġetti.
Ta’ kull sena jfasslu u jwettqu programm ta’ żjajjar biex jeduka lill-istudenti u fl-istess waqt jurihom l-opportunitajiet ta’ studju u xogħol għall-quddiem. Fost il-postijiet li jżuru ta’ min isemmi l-MCAST, l-I.T.S., ċentri tal-kompjuters, il-Business Incubator, trejdjunjins, garden centres, l-ajruport, il-vapur Logos, il-Yacht Marina, l-istabbilimenti ta’ Baystreet, Millenium Chapel, Maritime Squadron, stazzjonijiet tar-radju u t-televixin u kumplessi ta’ l-isports.
Jiġu organizzati wkoll bosta laqgħat ta’ informazzjoni u ta’ prevenzjoni kemm għall-istudenti u kif ukoll għall-ġenituri. Fost dawn insemmu taħditiet dwar il-pressjoni tal-ħbieb, vizzji, telfa ta’ xi ħadd għażiż, MCAST, bullying, il-Matsec, iċ-ċertifikat tal-iskola, l-għażla tas-suġġetti, il-valuri u l-isports u s-saħħa.
L-għalliema tal-guidance jaħdmu wkoll id f’id mas-Sur J. Attard fil-programm R.A.Y. maħsub biex l-istudenti jemmnu aktar fil-ħiliet tagħhom u jsibu direzzjoni f’ħajjithom. Ix-xogħol tal-għalliema tal-guidance jkompli wkoll fil-vaganzi tas-sajf, meta jkellmu lill-ġenituri u lill-istudenti li se jibdew jattendu l-iskola Sir Temi Zammit fis-sena skolastika l-ġdida, u jdawru lill-istudenti ma’ l-iskola. |
 |