Noti għall-għalliema

 

L-għan ta' dan il-proġett

Il-proġett "Aqra ma' Maris u Mark" huwa maħsub biex joffri possibilta' ta' qari bil-Malti fuq l-internet. Dawn il-kotba jibdew minn livell bażiku ħafna u jistgħu jintużaw ma' tfal li għadhom kemm bdew jitgħallmu jaqraw. It-temi tal-kotba se jkunu varji u huma mmirati biex jolqtu lit-tfal għax jagħmlu parti mill-ħajja reali tagħhom ta' kuljum.

Barra mill-qari, kull ktieb se jkollu miegħu għadd ta' riżorsi li l-għalliema jkunu jistgħu jużaw fil-klassijiet tagħhom. Kull ktieb jista' jiġi pprintjat f'verżjoni 'black and white' biex meta l-għalliema jibagħtu numru ta' tfal jaqraw minn fuq il-kompjuter, l-oħrajn ikunu jistgħu jaqraw l-istess ħaġa fuq il-mejda tagħhom. Huwa wkoll utli biex it-tfal ikunu jistgħu jagħmlu reviżjoni mal-ġenituri id-dar, speċjalment fil-każijiet fejn id-dar m'hemmx servizz tal-internet.

Ma' kull ktieb se jkun hemm abbinati wkoll sett ta' 'flashcards' bi kliem ġodda u ċart li tkun tista' tiġi pprintjatha u esebitha fil-klassi. Ir-riżorsi l-oħra ikun fihom xi attivitajiet li t-tfal jistgħu jaħdmu. L-attivitajiet se jkunu maqsuma fi tnejn - Riżorsi tal-Mejda u Riżorsi tal-Kompjuter. Ir-Riżorsi tal-Mejda huma dawk li jistgħu jiġu pprintjati u t-tfal jaħdmuhom waħidhom jew fi gruppi.  Ir-Riżorsi tal-Kompjuter jinħadmu fuq il-kompjuter permezz tas-'software' KidPix li hemm fil-klassi.

Dawn ir-riżorsi kollha, flimkien ma' oħrajn aktar ġenerali, bħal posters tal-karattri prinċipali, xi flashcards għall-użu grammatikali u oħrajn jinsabu fis-sezzjoni Riżorsi Addizzjonali.

 

Noti fuq il-kotba:

Il-familja ta' Maris u Mark

Il-ġugarelli ta' Maris u Mark

 

 


L-aħħar 'update' sar fil-21 ta' Frar 2007
© Jeannette Cardona 2007