Jeannette Cardona

 

Jiena Jeannette Cardona u naħdem bħala għalliema ta' l-informatika fl-iskejjel primarji tal-istat. Iggradwajt fil-Baċellerat tal-Edukazzjoni fl-1998 u ħdimt għal tliet snin fl-iskola primarja Ġużeppi Agius ta' Raħal Ġdid fejn kont ngħallem ir-raba' sena. Matul dawn is-snin bdejt id-Diploma fit-Teknoloġija Informatika fl-Edukazzjoni Primarja. Fis-sena 2001 bdilt ix-xogħol tiegħi u dħalt bħala għalliema peripatetika tal-Informatika. Kont ngħallem f'diversi skejjel primarji. Fis-sena 2005 sirt 'Support Teacher' u bdejt naħdem fiċ-Ċentru tal-Informatika fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fil-Furjana. Fost affarijiet oħra, f'dan ix-xogħol, nagħti sapport lill-għalliema peripatetiċi l-oħra, nagħti sehem fil-bini ta' korsijiet għall-għalliema u noħloq materjal edukattiv għal fuq l-Internet.

Jekk trid tkun taf aktar dwari ara s-sit personali tiegħi: http://schoolnet.gov.mt/jeannette.cardona

Jekk trid tikkuntattjani, l-email tiegħi huwa: jeannette.cardona@gmail.com


L-aħħar 'update' sar fil-21 ta' Frar 2007