Persuna li tolqotni
Lili jolqtuni ħafna nies kbar bhal Britney Spears, Jennifer Lopez, Brad Pitt u ħafna aktar nies famuzi. Dawn kollha għandhom xi ħaġa sabiħa.
Għalkemm ilni nisma’ priedki u affarijiet fuq din il-persuna avolja qatt ma rajtu izda xorta lilu l-aktar persuna li nammira. Minn fuq il-kotba jidher gustuz, min jaf kif inhu propja? Kull meta nisma’ fuqu dejjem affarijiet pozittivi nisma’. Lil din il-persuna jafuha miljuni ta’ nies u niskanta kif għandu ħin għal kulħadd. Jiena ma’ din il-persuna għandi appuntament kull filghaxija, naħseb nagħmlu xi kwarta nitkellmu. Naħseb issa ndunajtu min hi din il-persuna li tolqotni u l-aktar wieħed li nammira. Dan huwa Gesu` Kristu.
Meta nkun l-għalqa tan-nanniet u nisma’ t tisfir ta’ l-għasafar u nara xi dudu jiġri jiġri biex isalva ġildu, u kull meta nara dawn l-affarijiet ngħid “Kemm Hu kbir Alla”. Imma kull meta ngħidha anqas nilħaq nispicca l-kelma, li ma nismax ħoss ta’ sparatura u dak it-tisfir jgħib u d-dudu ma jilħaqx jiġri bizejjed għax jirfsuh. Jiena kull ġimgħa mmur id-dar t’Alla biex nisma’ fuqu u fuq ibnu Gesu` li propju ġie f’din id-dinja biex isalva lili u lill-kumplament tad-dinja.
Gesu` jolqotni ħafna mhux għax ħelu izda għall-kapacita` grandjuza li għandu. Kapaci jagħmel kollox, ezempju biex iġib il-paci fid-dinja, izda l-bniedem għandu l-ikbar difett għax rasu iebsa, jew li jgħid hu jew xejn, u għalhekk jiġru dawn il-gwerer, bil-mentalitajiet tal-bniedem. Apparti li Gesu` jolqotni ħafna, jiena 'l Gesu` nistmah u nħobbu daqs il-ġenituri tiegħi.
Mnn fuq din il-karta li ħadt mill-ambjent tiegħu, jiena nixtieq nirringrazzjah min qiegħ qalbi ta’ kemm qed jagħmel miegħi.
Bernardette Caruana