Mexxejt bl-akbar imħabba ‘l kulmin jemmen,
kebbist il-qlub b’ġamar imħeġġeġ sħiħ,
żort ħafna ġnus għatxana għal kelmtek soda,
kull fejn għaddejt ħallejt memorji sbieħ.
Lil min mexa ħerqan fil-passi tiegħek,
ħallejtu mill-irbit tad-dlam qerried,
imlejt il-qlub tan-nies b’ tama fejjieda,
u f’dirgħajk sħan għannaqt lil ħafna wlied.
|

|
Bħal kull missier ħanin ħadt ħsieb uliedek,
ma ridthom qatt jintrebħu mill-beżgħat,
ridt tara lill-bnedmin jgħixu fil-paċi,
jimirħu bla thewdin fl-isbaħ mergħat.
Meta għażilt li żżur lil din l-art ħelwa,
għal darba tnejn kulħadd laqgħek bil-qalb,
illum li tinsab hieni f’dar Missierna,
qegħdin niftakru fik f’mument ta’ talb.
John Mallia
Għalliem tal-Malti
. |
|