Il-Kukkurin

Għandi kukkurin bil-wisq mis-sbieħ.
Għandu l-kuluri kollha tal-qawsalla.
Ħaddejh ħamranin
Ara naqra x’kukkurin

Intelliġenti mhux bil-ftit
Dan jaqra l-magazines
Iżomm ruħu aġġornat
ġiet l-elezzjoni u ivvota lil min xtaq

Ma jiekolx kull ma tagħtih
Iżda jiekol li jixtieq
Huwa jiekol wisq bil-qalb
Dawk iż-żrieragħ ta’ ma’ l-art

Għandu għanjietu tal-ġmiel
Tisimgħu jgħanni minn kullimkien
Tgħidx kemm isaffar għall-barranin

Popolari mhux ħażin
Kulħadd jaf bih dal-kukkurin
Għasafar ħbieb għandu kemm trid
Kulħadd ikellmu dal-kukkurin

Tgħidx kemm nitqażżeż bih
Kulħadd jaf li għandi kukkurin
Kull fejn immur insemmih
Ara naqra x’kukkurin

Arlene Cassar