Mit-Tieqa ta' Kamarti

Ma nistax ngħid li nqatta' ħafna ħin go kamarti. Bejn wiehed u ieħor li kieku kelli ngħodd kull minuta f'jum partikolari,ngħid li nqatta madwar sagħtejn.


Bħall kull xbejba ta’ tnax-il sena, ikolli nilbes u nbiddel,nirranġa xagħri u ovvjament nistudja. Iżda nammetti li l-aktar naħa li tattirani hija t-tieqa mdaqqsa li għandi fuq l-iskrivanija. It-tieqa hija għalija x-xewqat u l-aspirazzjonijiet tal-futur. Hi l-preżent u l-passat wkoll. Ma’ kull tifla ckejkna li nara f'id ommha niftakar f'kull xenata li kont nagħmel meta kont irrid nagħmel ta rasi. Illum mod iehor, illum naf li ommi ħafna drabi jkollha ragun.


Meta nixref rasi mit-tieqa mhux dejjem ninzerta nies għaddejin u għalhekk ħarsti tmur lejn l-orrizont li jiġbor fih għelieqi u natura mill-isbaħ. F'mumenti bħal dawn niftakar fil-ħallieq u kemm hu kbir, u l-pjanijiet li jhejji ghal kulħadd. Fost it-tħaxwix tal-weraq tas-siġar mal-kisra tal-jum nisma' l-għasafar jgħannu nistħajjilhom qed jargumentaw u jippjanaw il-ġurnata. Fl-isfond min-naha ta' gewwa jikkontrasta l-aħbarijiet u l-inkwiet tad-dinja ma jaqta’ b'xejn. U b'hekk niġi għall-preżent.


Ma’ kull karozza li tgħaddi u d-dħaħen li thalli warajha nirrifletti x'futur jista’ jkollha d-dinja jekk ma nibzgħux għaliha u għall-ambjent. Sintendi, il-preżent jiddetermina l-futur. Iżda għalkemm għad għandi tnax-il sena naf li l-futur nagħmel parti minnu jien. Kontra qalbi ghalkemm nogħxa nħares 'il barra u nirrifletti, nintefa' lura u naghlaq it-tieqa. Ir-resha tfakkarni fl-istaġun ta' l-istudju. Ghaldaqstant inniżżel il-purtiera u nkompli b'ħidmieti.


Kull ħsieb li jgħaddi minn moħħi kull meta nixref mit-tieqa ta' kamarti qed niktbu, min jaf tghid għad nippubblikah?

Valentina Barbara