Xejn m’għadu bħal qabel fir-raħal tagħna.

Ma kinitx vettura spazjali li rajna qrib il-knisja!

Kien is-sibt filghodu u kienet ġurnata mill-isbaħ.ix-xemx kienet taqli l-ġrieden u s-sema kienet kaħlanija bi ftit sħab qisu tajjar.

Jien, bħas-soltu, kont bqajt sad-disgħa rieqda peress li dakinhar ma kellniex skola. Iżda ma tantx domt ingawdi dik is-sħana li kien taħt il-kutri, għax kif jgħidu, ix-xitan m’għandux ħalib! Mela kif kont għadni b’rasi that il-friex smajt ħafna għajjat u twerżiq! Inħsadt u bil-ħasda waqajt minn fuq is-sodda u ħbatt rasi mal-komodina ckejkna ta’ ħdejn is-sodda tiegħi.

Għalkemm kont weġġajt, xorta waħda ħriġt nitawwal mit-tieqa biex nara x’kien qed jiġri, u din id-darba l-qatgħa li hadt kienet hafna ikbar mill-gundalla li kienet bidet titlagħli ġo rasi! Malli ttawwalt bdejt nara ħafna aljeni vjola ħerġin minn ġo vettura spazjali li kienet waqfet ħdejn il-knisja ta’ San Filep .Tghidx kemm kienu koroh! Kellhom seba’ għajnejn imqabbzin ’il barra, sitt widnejn kbar, u erba’ idejn! Saqajhom kienu rqaq qishom lasta ta’ xkupa u jdejhom kienu joħorgu sitt piedi ’l barra. Imma bla dubju l-ikbar qatgħa li ħadt kienet meta bdejt nara lil dawn l-aljeni jaqbdu lin-nies u jqiegħduhom gol-vettura spazjali tagħhom. Dak il-ħin ommi kienet ħarġet fil-parapett biex tikinsu u oħti ż-żgħira ħarġet tgħinha. Meta f’daqqa waħda ġew ħafna aljeni madwarhom u ħaduhom magħhom, twerwirt! X’kont ser naghmel? Kont ser indur biex ngħajjat lil missieri u ngħidlu b’kollox, iżda malli dort sibt xi ħaga li ma kontx nistenna. Il-kamra tieghi kienet saret kollha vjola! It-tieqa, il-purtiera, il-gwardarobba u sa anke l-komodina li ħbatt rasi magħha kienet saret vjola! Fil-pront daħlu madwar sitt aljeni u lili u lil missieri ħaduna magħhom! Wara li domna kważi xahar maqfula ġewwa l-vettura spazjali magħhom, ħallewna mmoru lejn djarna, bil-patt u l-kundizzjoni li kull familja żżom xi erba’ aljeni d-dar magħha!

Xejn m’għadu bħal qabel fir-raħal tagħna. Ma kinitx vettura spazjali li rajna qrib il-knisja ta’ San Filep!


Shannon Mifsud