Niżel it-trab. Jilgħabha ta' ċpar

Niżel it-trab. Jilgħabha ta' ċpar.

Biex jaħbi l-fqar u l-għaks tal-madwar

Minn quddiem wiċċ il-qawwa u l-kbar

Niżel it-trab. Jilgħabha ta' ċpar

Biex isaħħaħ l-għira u l-imrar

F'ġieh il-gwerra - vittma iż-żgħar

Niżel it-trab. Jilgħabha ta' ċpar.

Biex inesssi l-ħmura fi qtar qtar

Għaks 'l min mill-ħazin sejjer għall-agħar

Niżel it-trab. Jilgħabha ta' ċpar!

 

Deborah Grech