Nagħtu l-ħajja lil ...

Trevor Zahra

Is-Surmast Carmelo Pace

Guze` Cardona

Michael Spiteri (Kilin)

Erin Serracino Inglott

Josephine Zammit Cordina


Trevor Zahra

Trevor Zahra Nhar il-Erbgħa, 4 ta` Mejju (2005), kellna l-opportunità li niltaqgħu mas-Sur Trevor Zahra.

Trevor Zahra joqgħod iż-Żejtun. Il-passatempi tiegħu huma ċ-ċinema, t-teatru, iħobb jippassiġġa fil-kampanja u jgħum fis-Sajf. Passatemp iehor ta` Trevor Zahra huwa l-qari bil-Malti u bl-Ingliż. Is-Sur Zahra kien tajjeb ħafna fil-lingwi u meta kien għadu l-iskola, il-komponimenti kienu l-aqwa u l-isbaħ homeworks. Ftit ftit Trevor Zahra bdiet togħġbu l-poeżija. Kien beda jikteb xi versi qosra għall-Milied u għall- festa ta` jum l-omm fost oħrajn. Kien tajjeb ukoll fl-arti.

Trevor Zahra kien ikun ħafna għand nanntu. Fid-dar ta nanntu kienet toqgħod z-zija ukoll. Nanntu u zitu kienu jirrakuntawlu ħafna poeżiji, ħrejjef u stejjer, u b`hekk dan kollu kien ta` għajnuna kbira għall-immaġinazzjoni tiegħu.

L-istejjer li jikteb dan l-awtur, ħafna minnhom ikun fihom ġrajjiet li jkun għadda minnhom hu stess. Meta kellu madwar erbatax–il sena kiteb l-ewwel ktieb li jismu ‘Il-Pulena Tad-Deheb’.

Xi kotba oħra ta’ Trevor Zahra huma:

Is-Sur Trevor Zahra qalilna li qatt ma kiteb ktieb u ma ppubblikahx, iżda ġieli jkun beda xi storja, ma togħġbux, u jitlaqha. Trevor Zahra minn mindu kien żgħir, kien jagħti importanza kbira lill-għalliema, li jistqarr li tawh ħafna kuraġġ bħala kittieb.

Trevor Zahra jieħu gost jikteb u dan jagħtih sodisfazzjon kbir. Huwa jikteb għal kull ġenerazzjoni u jgħid li meta jikteb għaż-żgħar ġieli tkun aktar diffiċli milli meta jiġi biex jikteb għall-kbar.

Joselle Mallia


Jekk wieħed jidħol f’ħanut tal-kotba Maltin żgur li se jiltaqa’ mal-kotba ta’ l-awtur magħruf Trevor Zahra. Kien fix-xahar ta’ April meta l-għalliema tal-Malti tagħna, Mrs.Ferrante, tatna l-aħbar li nhar il-Erbgħa 4 ta’ Mejju 2005 għandu jiġi Trevor Zahra fl-iskola tagħna, Maria Regina, sabiex jiltaqa’ magħna l-istudenti tal-Form 2. Fraħna b’din l-aħbar u kellna seba’ mitt sena sakemm niltaqgħu mieghu. Mrs. Ferrante qaltilna biex niktbu mistoqsija li xtaqna nsaqsuh u hi għażlet l-aħjar għaxra. Iż-żmien gerbeb u l-jum wasal. Wara l-brejk ta’ nofsinhar għall-ħabta tas-siegħa u nofs, il-klassi tagħna 205 u l-klassi tat-201 inħbarna fil-kappella ta’ l-iskola sabiex niltaqgħu ma’ Trevor Zahra. Hu qalilna li minn dejjem kien iħobb jaqra u jikteb bil-Malti iżda fil-matematika u l-Fiżika kien dejjem ‘brodu’. Ħegguh u spirawh biex jikteb in-nanna u z-zija li minn dejjem kienu jħobbu jirrakkontawlu l-istejjer. Trevor Zahra stqarr magħna li l-istejjer iħobb jibdihom bi storja vera u mbagħad ibiddel l-ismijiet tal-karattri, kif fil-fatt għamel fil-ktieb ‘Ħolm tal-Milied’. Zahra qalilna wkoll li kien jgħallem l-Arti u l-Malti fl-iskola Carlo Diacono Junior Lyceum tal-bniet iż-Żejtun. Qalilna wkoll li jħobb id-drama. Jiena ġieli kelli l-opportunità li narah jirreċta f’xi pantomima u l-parti li jkollu jqaxxarha minn fuq s’isfel. Din il-laqgħa mas-sur Trevor Zahra bla ebda dubju hija esperjenza li ma nista’ ninsa QATT.

Stephanie Bonnici


Is-Surmast Carmelo Pace

Carmelo Pace

Kien is-16 ta' Ottubru meta mara mdaħħla ftit fiż-żmien, is-sinjura Mary Rose De Carlo, ġiet tkellimna fuq is-Surmast Carmelo Pace. It-taħdita saret waqt il-lezzjoni tal-Malti u qgħadna fil-Music Room.

Is-Sinjura De Carlo li tiġi n-neputija tas-Surmast Carmelo Pace għexet miegħu fl-istess dar għal ħafna snin. Dawn kienu joqogħdu l-Belt Valletta. Missieru kien jimsu Antonio u ommu kien jisimha Carmela. Huwa kien il-kbir fost ħutu. Waħda min-nanniet tiegħu kien jisimha Paola. Carmelo Pace kien iħobb il-qtates u l-iljuni, saħansitra fil-ġnien kien jaqra fuq l-annimali. Kien iħobb joqgħod ħafna għall-kwiet. Missieru ma kienx jaf skola imma kien jaf erba' lingwi.

Carmelo Pace twieled fis-17 ta' Awissu 1906 il-Belt Valletta. Huwa kien bniedem kalm, umli, ta' ftit kliem u ta' tagħlim kbir. Meta kiber hu beda jikkomponi u beda jgħallem il-muħika. Kien jara ħamsin student fil-ħimgħa. Meta kien jiġi xi ħadd biex jgħallmu xi ħaġa kien jitlaq minn idu dak li jkun qed jagħmel u jaqdih bil-qalb. Huwa u l-familja tiegħu ma kinux sinjuri. Huwa kien jgħallem it-teorija u l-armonija. Kuljum kien jistudja għal sitt sigħat. Kien ilu jgħallem għal ħamsa u ħamsin sena. Biex jikkomponi kien iqum fil-ħamsa ta' filgħodu biex ikun għall-kwiet u kien jorqod għal xi t-tmienja.

Ħafna mix-xogħlijiet tiegħu ndaqqu barra minn Malta. Huwa kien l-ewwel kompożitur Malti li l-Opri tieħu ttellgħu fit-Teatru Manoel u fost il-ħafna xogħlijiet li kkompona kellu għal qalbu l-erba' Opri li huma: Caterina Desguanez (1965), I Martiri (1967), Angelica (1973) u Ipogena (1976).

Carmelo Pace kiseb ukoll l-ewwel u t-tieni postijiet fil-kompetizzjonijiet mużikali fit-Teatru Manoel fil-21 ta' Novembru 1969. B'kollox kellu 14-il diploma. Huwa kien bniedem li jħobb lil kulħadd. Carmelo Pace miet fil-20 ta' Mejju 1993. Il-funeral sar fil-knisja tas-Sacro Cuor tas-Sliema. Qabel miet xtaq li x-xogħlijiet tiegħu jitqiegħdu f'xi Mużew minflok jintilfu. Għalhekk ix-xogħlijiet tiegħu nsibuhom fil-Mużew tal-Katidral, L-Imdina.

Annalise Falzon

go to top


Guze CardonaGuze` Cardona

Ġuże` Cardona, bin Ġużeppi Cardona u Romwalda Azzoppardi twieled Ħal Qormi nhar it-30 ta' Marzu 1922.

Huwa kiteb ir-rumanz Manwel Gellel li ġie ppubblikat bħala rumanz sħiħ fl-1961 wara li kien deher f'It-Torċa u kiteb ukoll Żmien il-Qerda, iżda għadu ma ġiex stampat fi kiteb. Kien ukoll riċerkatur u għalliem fl-iskejjel tal-Gvern, kif ukoll poeta. Kien iqum jikkomponi poeżija u mużika fit-tlieta ta' fil-għodu. Kellu vuċi ta' tenur u kien ikanta fil-quddies għax kien iħobb il-mużika.

Huwa tgħallem fl-iskola ta' l-Agostinjani, f'dik Primarja tal-Gvern ta' Ħal Qormi u fil-Kulleġġ San Alwiġi ta' B'Kara. Fl-1944 għamel il-Matrikola u għadda. Is-sena ta' wara beda l-kors Preparatorju tal-Farmaċija u l-Mediċina. Huwa sar membru ta' l-Għaqda tal-Malti, membru fil-Kunsill tal-Fergħa Drammatika, u wkoll kien segretarju għax-Xandir u Propoganda (1945 - 1947).

Ġuże` Cardona daħal l-Universita` fl-1939. Iżżewweġ lil Violet Schranz fl-1949. Beda jgħallem fl-1948 u fl-iskejjel tal-Gvern dam jgħallem sa l-1959, meta mbagħad inħatar surmast tal-Malti fil-Liċeo. Fl-1960 ingħata scholarship ta' 4 snin. Studja fl-Universita` ta' Malta u f'Ġunju 1964 spiċċa l-B.A. fil-Malti u wkoll fl-istess sena spiċċa l-M.A. fil-Malti. Fl-1968 beda jaħdem bħala Part-time lecturer fil-Kulleġġ St.Michael, kif ukoll fil-Mater Admirabilis Training College u fl-Universita`.

Fl-1976 kien Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-iskejjel tal-Gvern u mbagħad wara 7 snin irtira fl-eta` ta' 61 sena fl-1983.

Huwa miet fl-15 ta' Frar 1988 fl-eta` ta' 66 sena. Miet tas-Sliema waqt laqgħa ta' talb. Il-funeral tiegħu sar fil-knisja tas-Sacro Cuor tas-Sliema u ndifen fiċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi.

Natasha Mifsud

go to top


Michael Spiteri (Kilin)

KilinJismu Mikiel Spiteri. Għandu sebat itfal, nannu ta' sbatax u bużnannu ta' tnax. Twieled ir-Rabat fl-21 ta' Awissu 1917. Fil-preżent joqgħod l-Imsida. Biex jieħu ħsieb sewwa tal-familja tiegħu ġieli kellu jagħmel sitt xogħlijiet. Kilin kien ukoll iffissat fuq iċ-ċess. Iħobb imur għall-kwiet fil-kampanja u joqgħod ipinġi. Idejqu ħafna l-mixi u d-diżordni. Għalih il-lingwa Maltija hija l-isbaħ. Fuq xogħlijietu huwa jiffirma Kilin u mhux Mikiel għax darba sema' lil xi ħadd isejjaħ lil xi ħadd ieħor Kilin u dan l-isem għoġbu.

Kilin beda jikteb fl-1966 meta kellu 35 sena. L-aktar li jħobb jikteb hija l-proża, bħal novelli, rumanzi u esejs bil-Malti. Kilin minn dejjem kien iħobb il-kotba, tant li fl-etaċ ta' 7 snin kien jaqra 3 kotba fil-ġimgħa. Ġieli kien idum jaqra sas-sagħtejn ta' filgħodu u z-zija kienet teħodlu l-lampa. Huwa kien iddobba ftit xemgħat mingħand is-sagristan biex jużahom minflok il-lampa. L-aktar kittieba favoriti tiegħu huma Temi Zammit, Dun Karm u Rużar Briffa.

Kilin kiteb madwar 20 ktieb. L-aktar ktieb li jogħġbu huwa Tlikki Tlikki ma' Wenzu. Meta darba marad u kellu jagħmel xahar fis-sodda kiteb ktieb bl-Ingliż bl-isem Where Dragonflies Hover. Wara tħajjar jibda jikteb fil-Leħen is-Sewwa. Kilin jammira lil Patri Ġuże` Delia, Herbert Ganado u lil Erin Serracino Inglott li lkoll kienu jiktbu fil-Leħen is-Sewwa. Dawn kienu n-nies li ħajruh jibda jikteb. L-ewwel poeżija li kiteb hija Jekk Qatt Ma Doqt Benna ta' Żebbuġa. Kilin sab lill-Professur Buhagiar Borg imaqdarlu xogħlu. Xi sentejn wara li ġara dan, Kilin ħa sehem f'kompetizzjoni tal-poeżija u l-Professur Buhagiar Borg li kien parti mill-ġurija għażel il-poeżija ta' Kilin biex tiġi fl-ewwel post mingħajr ma kien jaf li l-poeżija kenet ta' Kilin. Darba ppubblika erba' kotba ta' tagħrif dwar kappelli u knejjes żgħar. Dan it-tagħrif kien deher fil-Leħen is-Sewwa. Il-kotba kien jisimhom: Kappelli u Knejjes Żgħar, Djar is-Sultana, Nistqarr u Osanna. It-tagħrif li ġabar għal dawn il-kotba kien kisbu mingħand in-nies. L-aħħar ktieb li ppubblika jismu Għajnejn Kalanġ u ħadlu ħames snin biex kitbu. Il-kotba, Fuq l-Għajn ta' San Bastjan, Wara l-Għajn ta' San Bastjan u Iż-Żmien Isajjar Il-Bajtar huma kotba mimilijin tifkiriet mill-ħajja ta' Kilin. L-aktar ktieb li għamel suċċess huwa l-ktieb Fuq l-Għajn ta' San Bastjan li fih tifkiriet ta' tmenin sena ilu. Ir-rumanz L-Għafrid dam jiktbu biss tliet xhur. Fl-1999 in-novella Id-Dell tal-Fatat ġiet fit-tieni post minn fost 842 novella f'kompetizzjoni fl-Italja. In-novella kienet bil-Malti u hu qalibha bit-Taljan. Fil-kitba tiegħu Kilin iħobb idaħħal il-kuluri. Huwa jassoċċjahom mal-ħsejjes.

Kilin jgħidilna: "Taqtgħux qalbkom meta n-nies imaqdrukom. Dejjem użaw l-ideat tagħkom u tikkuppjawx. Biex wieħed jikteb irid josserva."

 

Roberta Borg

go to top


Erin Serracino Inglott Erin Serracino Inglott


Erin huwa kittieb Malti, bin Antonio Serracino u Pina Inglott. Erin twieled l-Isla fis-16 ta’ Otubru 1904. Huwa studja fil-Liceo (1915 – 1920) u fl-Università ta’ Malta u ħa kors tal-Letteratura (1921 – 1924). Sa minn żgħożitu Erin kellu kilba għall-kotba. Jixtri, jissellef u xi ktieb jew tnejn jobromhom ukoll u missieru jħallas il-kontijiet. Daħal fis-Servizz Ċivili (1927 – 1963) u serva għal xi żmien bħala segretarju ta’ l-Università. F’Bormla Erin kien jattendi l-Literary and Debating Society. Din is-Soċjetà hija maqtugħa għal kollox mill-attivitajiet politiċi u l-iskop ewlieni huwa li jsiru laqgħat ta’ dipartiment dwar kitba, movimenti letterarji u suġġetti oħra varji. B’hekk tħajjar biex isir membru ta’ l-Akkademja tal-Malti. Kien jaf ħafna lingwi. Kien jaf l-Ingliż, it-Taljan, il-Latin, il-Franċiż, l-Ispanjol, it-Tedesk u r-Russu. Kien drammaturgu, poeta, rumanzier, kittieb ta’ novelli, lessikografu, filologu u traduttur.

Il-mara ta’ Erin kien jisimha Lionella Gatt. Meta żżewweġ f’Settembru 1933, ma baqax joqgħod l-Isla fejn kien joqgħod qabel u mar joqgħod Bormla, bieb ma’ bieb mal-Gross, fi Triq Santa Margerita u baqa’ joqgħod hemm sakemm miet. Fi żmien il-gwerra iżda, kien mar joqgħod għal ftit żmien, Birkirkara. Kellu ħamest itfal, tlieta bniet u żewġ subien. Erin kellu delizzju prinċipali: il-lingwa, iċ-ċess u l-mużika. Dawn it-tliet delizzji li ibnu Mario sejħilhom fissazzjonijiet kibru miegħu fl-interess u fl-importanza. Erin ma kienx jaf b’medjokrità u jieqaf hemm, imma kellu fih sens profond li kien iġagħlu jħoss li kull xogħol li jindaħal għalih għandu jkollu fuqu t-timbru tal-kompetenza u tal-kreatività. Fiċ-ċess Erin rebaħ il-kampjonat diversi drabi u fis-sena 1938 mar Brighton jikkompeti maċ-champion mondjali fejn ġie draw f’logħba li ħajritu jkompli miexi fit-triq tas-suċċess. Għalkemm kien iqatta’ ħafna sigħat jikteb, xorta kien isib il-ħin għall-familja. Kienu jgħidu r-rużarju flimkien, joħroġ mal-familja u wkoll jeħodhom jgħumu, basta x’ħin irid hu. Kien iħobb ħafna l-pets u skond ibnu, Erin kellu amorin li kien jgħid ir-rużarju magħom. Erin kien iħobb jgħid ħafna stejjer, xi wħud kienu jkunu minnhom, oħrajn mhumiex, iżda minnhom kien jikteb il-kotba. Meta kien jinżel fix-xelter kien jiġbor it-tfal u kien joqgħod jgħidilhom l-istejjer. Erin kien wasal lejn l-aħħar tal-kitba tad-dizzjunarju, Il-Miklem Malti, meta miet fit-22 ta’ Awissu 1983 fl-età ta’ 79 sena. Il-monument f’ġieħ Erin Serracino Inglott jinsab fl-Università ta’ Malta u sar minn ibnu stess.

(Dan it-tagħrif ingħata minn ibnu Mario li għoġbu jaċċetta l-istedina tagħna biex jiġi jagħti taħdita dwar missieru Erin fil-Liċeo Maria Regina nhar is-17 ta’ Novembru 2000).

Stephanie D’Anastasi

go to top


Josephine Zammit Cordina

Josephine Zammit Cordina twieldet il-Ħamrun fl-20 ta’ Novembru 1935 iżda trabbiet tas-Sliema. Hija miżżewġa lil Harry u għandhom żewgt itfal, Jacqueline li hi miżżewġa lil Albert u għandhom żewġ subien, u Henry li hu miżżewweġ lil Anna u li ukoll għandhom żewġ subien. Hija nanna ta’ erba’ subien imqarbin u liha jsejħulha nanna Gloria. Hija għandha tlett ħutha oħra. Hija l-kbira, ta’ warajha jismu Robert, imbagħad Charles li qiegħed l-Ingilterra u ż-żgħira jisimha Jennifer.

Josephine qattgħet ħafna minn żgħożita barra minn Malta għax meta kellha tnax-il sena emigrat mal-familja lejn l-Eġittu u baqgħu hemm għal erba’ snin. Wara ġew Malta u mbagħad marru l-Ingilterra. Hija ilha tirreċta ħafna snin. Tippreferi taħdem fuq it-televixin milli fuq il-palk għax it-televixin fih udjenza aktar wiesgħa. L-ewwel teleserial li ħadmet kien F’Baħar Wieħed. Fost il-ħafna teleserials li ħadmet insibu, Leli ta’ Ħaż-Żgħir, Għaddi, Il-bieb Miftuħ, Undercover, u ħafna oħrajn. Tħobb tirreċta l-parti ta’ omm jew tinterpreta l-parti ta’ xi karattru sfortunat. Kienet ukoll marret il-Josephine Zammit CordinaKanada tmexxi programm ta’ għaxar sigħat meta kien talabha Monsinjur Mikiel Azzopardi biex jinġabru flus b’risq id-Dar tal-Providenza. Fuq kollox, iżda, ħafna ser jibqgħu jiftakru lil Josephine għal ħidmitha fost l-emigranti Maltin minħabba r-rabta li żammet bejn l-emigranti u qrabathom fil-gżejjer Maltin. Hija fil-fatt xandara ta’ programmi għall-emigranti.

Josephine hija mara dħulija, temmen fiha nnifisha, sinċiera, kurjuża, nervuża, iżda fl-istess ħin taf tkun paċenzjuża wkoll. L-ikliet favoriti tagħha huma l-għaġin u ċ-chips. Fil-ħin liberu tagħha hi tħobb tara t-televixin u toqgħod tara l-BBC, id-Discovery Channel u s-CNN. L-akbar dieqa tagħha kienet meta daħħlet lill-ġenituri tagħha f’dar ta’ l-anzjani. X’ħin staqsejnieha x’tieħu magħha li kieku kellha tmur tgħix waħedha fuq gżira, hi wieġbet li tieħu r-ritratti tan-neputijiet tagħha.

Josephine tħobb iżżomm id-dehra tagħha pulita. Tħobb taqra, tkanta u tħobb l-umanità. Il-kantanti favoriti tagħha huma Enzo Gusman, Chiara u Giorgina. Ma tiddejjaqx jekk tkun miexja fit-triq u n-nies iħarsu lejha. L-affarijiet li tixtieq għall-futur huma li l-Bambin jagħtiha s-saħħa biex tgawdi n-neputijiet tagħha u tixtieq li r-raġel jibqa’ ħaj.

Xi ħaġa li għoġbitni f’Josephine hi li hija dħulija u hi sinċiera. Ħadt pjaċir li ġiet u qasmet l-esperjenzi tagħha magħna. Nixtieq li jiġu personalitajiet bħal Josephine Zammit Cordina fl-iskola tagħna.

Dinah Marie Camilleri

go to top