| Jum ta’ Siġra |
|
Illum qomt burdata ħażina. Waqt li kont qed noħlom ħolma ħelwa ġie l-bidwi jsaqqini. Tgħidx kemm kien kiesaħ l-ilma u issa f’dan iż-żmien tax-Xitwa iktar ħassejtu kiesaħ. Il-bidwi hu raġel xiħ iżda għadu fuq tiegħu. Hawn erba’ siġriet oħra miegħi u l-bidwi lili l-iktar li jħobb għax jien inkabbar il-ħawħ u l-oħrajn ikabbru larinġ li hu xi ftit komuni. Wara għamlet ftit xita u l-għasafar ġew jistkennu taħti. Ma tantx għamlet xita u ħarġet ix-xemx. Ġew xi tfal jiġbru l-bebbux u kif telqu ma kontx naf x’se noqgħod nagħmel u ħadt nagħsa. Iżda ma tantx stajt norqod bil-kwiet għax ftit wara ġew tlett itfal li bdew jilagħbu bil-ballun. Ma’ kull tir bdew iweġġgħuni għax bdew igarawh fuqi. Ma stajtx insib tarfhom għax wara bdew iduru miegħi u jien bdejt nistordi. Minħabba li ma tantx kont għolja huma telgħu maz-zkuk li kelli li bit-toqol ċedew. Saħansitra laħqu xi ħawħ u bdew igarawh lil xulxin. Tgħidx kemm kelli qalbi sewda li bdew jaħlu l-ħawħ. Wara ħafna, ix-xiħ induna bihom u ġie biex ikeċċihom. Huma ppruvaw iwaqqgħuh għaċ-ċajt iżda meta qalilhom li hu ħa jċempel lill-pulizija huma beżgħu minnu u telqu ‘l hemm. Is-siġar l-oħra bdew jidħku bija iżda ftit wara ġew xi għasafar u bdew jgħannu l-għanja ħelwa tagħhom fuq il-friegħi tas-siġar tiegħi. Meta beda jidlam l-għasafar daħlu fil-bejtiet tagħhom u raqdu. Jien hekk għamilt għax kont għajjiena u ma flaħtx nibqa’ b’għajnejja miftuħa. Maria Chiara Montesin
|