Bħal ħafna oħrajn kont naħseb li d-drama hija ħaġa li kulħadd kapaċi jagħmel. Imma kelli żball għax hemm ħafna affarijiet li għandek titgħallem qabel tista’ ssir attrici. Għad-drama trid tkun kapaci tuza’ l-lehen u vuci sew, il- moviment tal-gisem huwa importanti hafna wkoll, kif ukoll il-mohh ghaliex trid tifhem sew il-karrattru li trid tinterpreta. L-ideat moderni, il-krejattivita’, il- kunfidenza fik innifsek u l- konċentrazzjoni huma ingredjenti li jghinuk hafna. Issa li tgħallimt dwar x’inhi l-vera drama nista’ ngħid li hija talent mill-isbaħ għal dak li jkun u ta’ min jesperjenza.
Id-drama kważi tista’ tgħid qatt ma kont nagħti tant kasha. L-iskola tagħna ta’ kull sena jtellgħu play għall-istudenti kif ukoll għal Dakinhar tal-“Prize Day”. Qatt ma kont nimmagina x-xoghol li tinvolvi kemm minn naha ta’ l-ghalliema, kif ukoll ta’ l-istudenti ghaliex flimkien ma’ sħabi l-oħra kont nidħol, nieħu pjaċir naraha u noħroġ normali. Qatt ma ħsibt x’kien jiġri biex kull sena jagħmlulna din il-play. Imma għalija ma kellux ikun hekk u l-esperjenza tiegħi nista’ ngħid bdiet meta waħda mill-għalliema li tmexxi lil dawn l-istudenti, staqsiet lili u lil ħabibti jekk nixtiequx nidħlu ngħinuhom backstage bħala stage-hands(irwol li għalkemm ma tidhirx quddiem in-nies, xorta waħda u wieħed importanti u bżonnjuż). Xogħlna kien li noħorġu u ndaħħlu l-“props” bżonnjużi għal kull xena. Ma kontx niddejjaq ngħid il-verita’ imma kien fih ix-xogħol. Hawn sirt naf kemm hemm bżonn ta’ ħsieb fid-drama u xogħol biex ittella’ play kif jixraq. Iżda għalina l-ħin kien limitat u għalhekk kien ikollna naħdmu u nikkoperaw ma’ xulxin u nieħdu ħin mill-inqas biex nilħqu nlestu. Tgħallimt ħafna meta kont nara lil sħabi jirrextaw u nista’ ngħid li pjuttost ħajruni. Għalhekk meta ltqajt ma’ l-ewwel course tad-drama ħtaft l-okkażjoni. B’hekk imxejt aktar ‘il quddiem u qed nitghallem biex insir attrici tajba. Għadni sal-lum il-ġurnata għaddejja bit-tieni kors tad-drama tiegħi u anke ngħin f’dik il-play li ntellgħu matul is-sena l-iskola tant kemm laqtitni u għoġbitni d-drama.
Id-drama kienet u għadha esperjenza mill-isbaħ f’ħajti u qatt ma jiddispjaċini li għażilt li nkompli nitgħallem dwarha. Lil dawk li għadhom qatt ma esperjenzaw id-drama ninkuraġġihom ilkoll biex issibu ċans għaliha għax hija talent sabiħ u bħali tistgħu tispiċċaw iżżomuha bħala passatemp li tipprattika fil-ħin liberu (jew aħjar issir xi attrici famuża- min jaf?? ). Tista’ anke tiġi bżonnha fil-ħajja personali tiegħek l-aktar meta tkun trid tagħmel xi ċajta lil xi ħadd!! Insomma nammetti li d-drama influwenzatni hafna fil-hajja tieghi mil-lat posittiv….
Amanda Borg - 402
Drama |
|
|
|
|
||
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||