Ejjew niktbu riċetta tajba

 

Pawlu tal-ħobż huwa magħruf mar-raħal kollu.  Tafu għaliex tfal?  Kulħadd jiġġennen għall-ħobż, kejkijiet u pastini li jagħmel.  Għandhom xi ħaġa speċjali.  Ejjew tfal ħalli naraw flimkien riċetta minn ta’ Pawlu l-furnar!

Riċetta tal-kejkijiet tal-‘coconuts’.

 Ingredjenti:

 3 kikkri dqiq

3 kikkri ‘coconuts’

kikkra zokkor

4 bajdiet żgħar

kuċċarina essenza tal-lewż

nofs pakkett marġerina

 

Metodu:

1. Ħallat il-‘coconuts’, id-dqiq u z-zokkor f’daqqa ġo skutella.

2. Qatta’ l-marġerina f’biċċiet żgħar u żidha mat-taħlita.

3. Ħabbat il-bajd sewwa, itfa’ l-essenza u ħawwad kollox f’daqqa.

4. Meta tlesti t-taħlita, idlek id-dixx bil-marġerina.

5. Ifforma t-taħlita fi blalen żgħar u għamlilhom biċċa ċirasa fuq.

 

Issa li rajt ir-riċetta ta’ Pawlu l-furnar, prova ikteb riċetta simili. Tista’ tikteb riċetta tal-kejk taċ-ċikkulata, tal-lumi, tal-lewż u oħrajn.

Issa li ktibt ir-riċetta għaliex ma tippruvax issajjar dan il-kejk?  Dan il-kejk jista’ jsir flimkien ma’ tal-familja jew fil-klassi ma’ l-għalliema.