Skola Sekondarja Subien Prof. Lorenzo Manche' L-Ospizio - Floriana

Merħba

L-Iskola

Merħba u nilqgħukom fil-websajt uffiċċjali ta' l-iskola tagħna. Din il-websajt qiegħda għall-użu tiegħek. Għalhekk jekk jogħġbok waqt li tagħmel użu minnha, agħtina r-rispons biex intejbuha u nagħmluha aktar komda biex tintuża.

Għadna kemm bdejna sena skolastika oħra. Grazzi lil kull min jgħin biex inkomplu naħdmu fuqu!

Jekk ikollok xi suġġerimenti għaddihom lill-Webmaster.

 

Kelma Mill-Kap ta' l-Iskola

Wara ħafna xogħol mill-membri ta' l-iskola, bħala Kap ta' l-iskola Is-Sinjura C.Cassar Lorenzo Manche' fil-Furjana, kburija li qed inniedi l-websajt lill-pubbliku. J'Alla li din tkun tieqa li minnha l-individwu jista jinforma ruħu dwar dak li jkun qed isir fl-iskola, matul is-sena skolastika. Aktar ma qed jgħaddi ż-żmien kulħadd qed jirrealiżża l-importanza li l-istudenti jinżammu aġġornati b'dak li jkun qed jiġri madwarhom. Għalhekk nispera li f'dan id-dawl is-sajt tagħna tkun tista tikkontribwixxi biex l-istudenti jsiru konxji minn dak li jkun qed iseħħ fl-iskola u anki fid-dinja kollha.

C.Cassar
Kap ta' l-Iskola

Mur fuq Mur fuq

Il-Missjoni ta' l-Iskola

L-iskola toffri lill-istudenti lezzjonijiet bażiċi fil-kitba u fil-qari, kif ukoll lezzjonijiet ta' snajja' differenti. Fil-lezzjonijiet li jsiru, l-istudent jinżamm aġġornat dwar sistemi moderni fit-tagħlim.

L-iskola taħdem biex tgħin lill-istudent jiżviluppa l-karattru tiegħu waqt li tagħraf il-ħtiġijiet tiegħu biex b'hekk trawmu b'ħiliet biex isolvi l-problemi tiegħu. Fl-istess ħin l-iskola tibni fl-istudent qwalitajiet neċessarji biex jagħraf jaħdem ma' ħaddieħor.

Minnaħa l-oħra l-iskola tagħmel ħilitha kollha biex tgħin lill-individwi biex waqt li jsiru konxji tad-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom, isiru ċittadini onesti kif ukoll garanzija għall-pajjiż.

Mur fuq Mur fuq

 

www.gov.mtwww.skola.gov.mtwww.mail.gov.mt

L-aħjar daqs biex tara' is-sajt huwa ta' 1024 X 768. Websajt iddisinjata u aġġornata minn Duncan Dimech (2007)