Girls' Secondary

Mosta

 
  HOME ::
   
 
 

ŻJARA LILL-PRESIDENT TA’ MALTA -  L-EĊĊELLENZA TIEGĦU DR GEORGE ABELA

 

Zjara lill-President

Zjara lill-President

Zjara lill-President

Zjara lill-President

Zjara lill-President

 

 

Kien it-Tlieta, 19 ta’ Mejju, 2009, meta grupp ta’ studenti mil-Literacy Classes fis-suġġett tal-Malti, l-LSAs tagħhom u xi għalliema telqu mill-iskola Sekondarja Bniet fil-Kulleġġ Maria Regina, lejn il-Palazz Presidenzjali fil-ġonna ta’ Sant Anton. It-temp kien mill-isbaħ, kif taf toffri r-rebbiegħa, u pjuttost sħun.

Hekk kif wasalna ħdejn il-Palazz ġejna milqugħa mis-Sur Louis Fenech. Wara tlajna fuq u dħalna fid-Drawing Room, fejn jiġu milqugħa l-mistednin tal-President. Ftit wara daħal il-President, li ġie milqugħ biċ-ċapċip. Il-President kellem lill-istudenti dwar il-ħajja tagħhom fl-iskola u ħeġġiġhom biex jaqraw u jipprattikaw xi sports. Wara l-istudenti kellhom ċans jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom lill-Eċċellenza Tiegħu, il-President. Staqsewh dwar il-bidla li seħħet f’ħajtu issa li sar President. Staqsewh ukoll dwar il-passatempi tiegħu  u dwar kif iqatta’ l-ġurnata tiegħu. Wara li għamlulu xi mistoqsijiet oħra, Ms P. Sciriha, f’isem il-Kap tal-Iskola, Ms Grace Cilia, f’isem l-għalliema, l-LSAs u l-istudenti ppreżentatlu ċekk għall-Community Chest Fund.

Fi x’ħin intemmet il-laqgħa, il-grupp ġie mdawwar mal-kumplament tal-Palazz, fejn ġie spjegat l-użu ta’ kull kamra. Din iż-żjara ġiet fi tmiemha billi l-istudenti waqfu għal ftit ħin fir-Russian Chapel. Wara li ħadu ritratt bħala grupp, qabdu l-kowċ lura lejn l-iskola.

Nixtieq niżżikħajr lis-Sinjura Marica Mizzi, P.R.O. tal-Eċċellenza Tiegħu l-President, li mingħajr l-għajnuna tagħha din iż-żjara ma kinitx isseħħ.

 

Ms Pauline Sciriha
Kap tad-Dipartiment tal-Malti

 

 
 
Website Designed and Maintained by Computer Lab Technician Mr. Peter Muscat