Kulleġġ Sant Injazju - Skola Sekondarja Subien Qormi

Students | Parents | Guidance | Health & Safety | Teachers | Administration
Past Papers | Utilities | Educational Links
School News | ComeNews

Merhba!

Maltese FlagUK Flag

Merhba!
Sant'Injazju Skola Sekondarja Subien – Tal-Ħandaq


Fl-24 ta' Settembru 2007, dahlu ghall-ewwel darba 1,050 student fl-iskola l-gdida ‘ Kullegg Sant'Injazju Sekondarja Subien Qormi'. Kienet gurnata storika mhux ghax izzanzan bini modern li jizboq l-aspirazzjonijiet tal-komunita edukattiva izda ghax beda process biex bini sabih izda minghajr hajja jibda jiehu l-hajja u jinbidel fit-tieni dar ghal kull student.

Naghmlu hazin jekk ghax ghandna skola gdida ninsew 25 sena ta' wirt li halla warajh Liceo Mikiel Anton Vassalli . Naghmlu hazin ukoll jekk nankraw ruhna mal-passat u ma nifhmux li l-isfidi li ghandna quddiemna huma differenti. Il-wirt li halla warajh Liceo Mikiel Anton Vassalli ghandu jkun l-akbar garanzija li flimkien ghandna neghlbu l-isfidi li ghandna quddiemna.

X'inhuma l-isfidi li ghandna quddiema?

  • Irridu niggarantixxu taghlim ta' kwalita
  • Irridu niggarantixxu li kull student fdat lilna jirnexxi – irridu nibnu skola nkluziva fejn l-ebda student ma jithalla jinqata' lura u fejn kull student ghandu jkun ic-centru tal-process edukattiv
  • Irridu naghfsu fuq ix-xjenza, l-informatika u, d-disinn u t-teknologija – dan biex inkunu nistghu nilhqu l-miri ta' Lisbona
  • Irridu naghmlu l-attivitajiet sportivi fl-iskola parti integrali tal-hajja skolastika

Dawn l-isfidi rridu neghlbuhom u fl-istess hin ma ninsewx li ghandna quddiemna persuni shah - waqt li rridu nippreparawhom ghall-kamp tax-xoghol irridu naghtuhom edukazzjoni olistika biex johorgu preparati ghall-hajja. Dan kollu rridu naghmluh waqt li naghmlu l-hames snin li l-istudenti jqattghu maghna esperjenza sabiha.

Ghalkemm it-triq li ghandna quddiemna mhix xi wahda facli, nemmen li s-sinergija li tezisti bejn l-imsiehba – edukaturi, genituri u studenti – ghandha tkun l-akbar arma biex jintghelbu l-isfidi.

 

Sur Micallef

Kap ta' l-iskola

UT SIMUL DISCAMUS ET
ADOLESCAMUS

St. Ignatius College
Boys’ Secondary School
Handaq
MALTA

 

About Us | Site Map | Disclaimer | Contact Us | ©2008 KSI