|
In-Normanni:
minn Franck Testa
|
![]() In-Normanni kieu poplu li ħareġ mill-iSkandinavja. L-iSkandinavja tinsab fit-Tramuntana ta’ l-Ewropa u tikkonsisti fid-Danimarka, Finlandja, Norveġja u l-iSvezja. In-Normanni oriġinaw mid-Danimarka, Norveġja u l-iSvezja. Dawk li ġew minn-Norveġa u l-iSvezja kienu magħufa bħla VARJAGI jew RUS. Dawk tad-Danimarka kienu magħufa bħla VIKINGI jew kif nafuhom aħar VIKINGS. Dawn in-nies kienu baħħa u ġellieda mill-aqwa. Huma kienu jbaħħru fil-baħar tat-Tramuntana ta’ l-Atlantiku bħala SIBBIEN jew Pirati. Kienu nies qalbiena u ħorox li kienu jwerwru lil kulħadd. Kienu jbaħħru fuq iġfna twal u dojoq magħmula mill- injam u ħadid li kienu ta’ saħħa u ħeffa kbira. |
![]() ![]() |
| Bil-ħila tagħhom ta’ gwerriera u bis-saħħa ta’ iġfna tagħhom il-Vikingi bdew jieħdu taħt idejhom bosta artijiet. |
| Kienu jaħtbu għax-xtut għall-għarrieda, iħarbtu bliet, jisirqu, joqtlu u jeqirdu kull ma jsibu quddiehom. (Il-mappa turi kif bdew jixterdu n-Normanni) |
![]() |
![]() ![]() Uħud minnhom telqu lejn ir-Russja oħrajn saħansitra waslu sax-xtut tal-kontinent Amerikan u oħrajn niżlu fin-naħa ta’ isfel ta’ l-Ewropa. Fis-sena 850 w.K. xi 30,000 minnhom taht it-tmexxija ta’ Rollo niżlu lejn Franza u r-Re Franċiż kellu jħallashom biex ma jeqirdux il-belt ewlenija ta’ Franza. Huma ma telqux minn Franza u r-Re ħalliehom joqogħdu f’rokna ta’ art Franċiża li bdiet tissejjah NORMANDIJA l-art tan-nies tan-nord jew Tramuntana. Huma bdew jissejħu NORMANNI nies tat-tramuntana. Fi Franza n-Normanni bdew jinbidlu; saru Kristjani, saru anqas ħorox, u kkupjaw id-drawwiet Franċiżi u bdew jitkellmu bil-Franċiż. |
![]() ![]() In-Normanni baqgħu nies ta’ ħila fil-ġlied li jnisslu biza’ f’kulħadd. Kienu wkoll nies ta’ għerf li dejjem fittxew il-progress u li jifirxu s-setgħa tagħhom. |
![]() ![]() |
|
Fis-sena 980 in-Normanni għenu li Huga Capet isir re ta’ Franza. Bħala radd ta’ ħajr ir-Re l-ġdid ta l-indipendenza lin-Normandija. In-Normanni stabbilixxew sistemi ġodda ta’ tmexxija taħt id-duki li kienu sidien ta’ l-art. Din kienet is-sistema fewdali. Bis-saħħa ta’ din is-sistema d-duki Normanni komplew kabbru s-setgħa taghhom u raw kif għamlu biex ikabbru l-artijiet taħt idejhom. Normanni bdew jinżlu fin-naha t’isfel ta’ l-Italja, min bħala pellegrin, min bħala merċenarju, min bħala brigant. Bil-mod il-mod huma bdew jieħdu s-setgħa hemm ukoll speċjalment it-tfal ta’ Tancredi ta’ Hauteville. |
![]() Tancredi ta’ Hautville kellu bosta tfal subien li marru lejn l-Italja. Fl-Italja il-familja Hautville għamlet ftehim mal-Papa Nikol II biex dawn jgħinuh jeqred il-Biżantini u l-Għarab min-naħa t’isfel ta’ l-Italja kif ukoll Sqallija. Fis-sena 1084 inqala’ l-inkwiet bejn il-Papa Girgor VII ma’ l-Imperatur Ġermaniż Enriku IV. Girgor VII kien ġie arrestat minn Enriku IV iżda bis-saħħa ta’ Normanni ta’ Hautville il-Papa inħeles. Dan il-fatt nissel sens ta’ kburija fin-Normanni u iżjed u iżjed meta l-Papa Girgor VII iddikjarahom difensuri tal-fidi. |
![]() ![]() ![]()
Intant f’isem il-Papa in-Normanni taħt Robert Guiscard wieħed mit-tfal ta’ Tancredi ta’ Hautville ħa taħt idejħ ir-reġjuni tal-Pulja, Bażilikata, Kampanja, u Sqallija.. In-Normanni f’dawn il-postijiet ma biddlu xejn la reliġjon u lanqas lingwa anzi ħallew lill-Għarab, Biżantini u Lhud jgħixu kif xtaqu. |
|
Il-Konti Ruġġieru
|
| Robert Guiscard flimkien mas-sebat itfal ta’ Tancred D’Hautville kellhom taħt idejhom l-Italja ta’ Isfel u Sqallija. |
![]() ![]() ![]() |
|
F’waħda mis-serqiet tiegħu Ruġġieru kien għamel flus biżżejjed biex iħaddem miegħu 100 suldat biex ikompli jisraq. Fl-1058 Robert Guiscard kellu rewwixti fil-Kalabrija u talab l-għajuna ta’ ħuh Ruġġieru. Ta’ din l-għajnuna Robert wiegħed lil ħuh li jagħtih nofs il-Pulja u l-artijiet li seta’ jikseb fil-ġejjeni. |
|
Il-Konti Ruġġieru
jirbaħ Sqallija
|
![]() |
|
Il-Konti Ruġġieru flimkien ma ħuh Robert ħabtu għal Sqallija fis-sena 1060 w.K. Il-ħakkiema ta’ Sqallija kienu l-Għarab iżda dawn kienu maqsumin bejniethom. Meta bdiet l-invażjoni ta’ Sqallija Ibn al-Tummah li kien il-ħakkiem ta’ Trapani, Mazzara, Marsala u Xjakka talab l-għajnuna tal-Konti Ruggieru. Bħala ħlas Ruġġieu talab li jieħu taħt idejh Sqallija. Flimkien ma’ 160 kavallier u mijiet ta’ suldati bi flotta żgħira Ruġġieru rebaħ Milazzo u Rometta iżda falla li jieħu Messina. In-Normanni sabu oppożizzjoni iebsa u kellhom jirtiraw fuq l-iġfna tagħhom f’nofs maltempata. F’nofs din il-maltempata l-Għarab ħabtu għan-Normanni fil-port ta’ Reggio. Fis-sena 1063 Ruġġieu ltaqa’ mal-qawwiet Misilmin f’Cerami u ħareġ rebbieħ. Wara erba’ snin fi Sqallija fis-sena 1070 Ruġġieru irnexxielu jieħu l-belt ewlenija ta’ Palermo. Dan kien ifisser li issa Sqallija kienet taħt il-ħakma tiegħu. |
|
Il-Konti Ruġġieru
jirbaħ Malta
|
|
Fi żmien Ruġġieru II il-Maltin ħadu sehem f’battalji li saru min-Normanni fuq il-kosta ta’ l-Afrika ta’ Fuq kif ukoll fuq ħbit li sar fuq il-flotot ta’ Pisa u ta’ Venezja. Fis-sena 1091 il-Konti Ruġġieru baħħar lejn Malta. Ftit sab reżistenza u ltaqa’ mal-QAJD il-mexxej Għarbi ta’ Malta. Ruġġieru ftiehem mal-qajd li kellhom jinħelsu mill-ħabs l-ilsiera u jingħatawlu żwiemel, ħmir, armi u flus kif ukoll somma flus kull sena. L-Għarab qablu li jingħaqdu mal-Konti Ruġġieru. Il-Konti Ruġġieru ħalla lill-Maltin jipprattikaw ir-reliġjon u d-drawwiet tagħhom. Sa dak iż-żmien il-maġġoranza tal-poplu Malti kienet ta’ reliġjon Musulmana.F’Malta kien hawn jgħixu wkoll, Lhud, Biżantini u Berberi. Malta kienet tista’ tgħid Għarbija u l-ismijet ta’ rħula u postijiet oħra kienu kollha Għarab. Ruġġieru ma damx Malta u t-tmexxija tal-gżira għaddiet taħt idejn ibnu Ruġġieru II. |
|
|