|
Il-Kappella Medjevali ta' Bir Miftuħ: limiti tal-Gudja |
||||||||||||
|
Il-kappella Medjevali ta’ Bir Miftuħ, iddedikata lil Santa Marija, hija kappella importanti tal-perjodu ta’ qabel il-Barokk. Tmur lura għall-15-il Seklu. Grazzi għall-interess, ix-xogħol, id-dedikazzjoni u r-restawr kontinwu ta’ għaqda volontarja bħalma hija DIN L-ART ĦELWA, Bir Miftuħ illum hija konservata sew.
Il-kappella ta' Bir Miftuħ ilha wieqfa iktar minn 600 sena. Inbniet
fil-15-il Seklu. L-Isqof Senatore de Mello
iddikjara Bir Miftuħ bħala parroċċa fl-1436. Fl-1530
waslu l-Kavallieri f'Malta. Il-kappella ġiet iddisakrata fl-1565 matul- l-Assedju l-Kbir
kontra t-Torok. Baqgħet
isservi bħala parroċċa sa l-1676, meta nbniet il-parroċċa
preżenti tal-Gudja. Il-kappella sofriet ħsarat matul it-Tieni Gwerra fl-1942.
Bir Miftuħ hija eżempju mill-aqwa ta' arkitettura Medjevali. Il-pjanta hija sempliċi u mingħajr l-ebda elaborazzjoni. L-arkati tagħha jitilgħu għall-ponta u hija msaqqfa b'xorok twal tal-ġebla tal-franka. L-altar li hemm fil-kappella inħadem fit-18-il Seklu u nġieb minn Ħal Farruġ (ir-raħal u d-djar ta' Ħal Farruġ ġew imwittija mill-Gvern Kolonjali biex saret l-airstrip in-naħa ta' l-Imqabba). Fuq l-altar hemm pittura ta' San Pietru u San Pawl maħduma fuq l-injam fis-16-il Seklu. L-istess pittura turina wkoll lill-Missier Etern imdawwar mill-anġli fil-biċċa ta’ fuq tal-pittura. Aktar ’l isfel insibu xena fil-kampanja bil-Madonna u l-Bambin fuq is-sħab; maġenbhom jidhru San Pawl u San Pietru. Il-kappella kienet ikbar milli hija llum. Kellha forma ta' salib. Fis-16-il Seklu il-biċċa ta' wara nħattet u l-ġebel intuża fil-kostruzzjoni tal-knisja parrokkjali tal-Gudja. Il-kappella kienet mitluqa sakemm fl-1970 il-Knisja Maltija afdatha "in trust" lill-għaqda volontarja DIN L-ART ĦELWA. Matul ir-restawr tal-kappella
fl-1973, inkixef affresk faċċata tal-bieb ta' barra. L-affresk imur
lura sas-16-il Seklu. Bejn l-1978 u l-1980 inkixef affresk Għalkemm baqgħalna biss ftit biċċiet
mill-affresk oriġinali, m'hemmx dubju li s-suġġett huwa l-Ġudizzju Universali (ta’ l-aħħar
tad-dinja); huwa mqassam fi tliet saffi ta’ figuri. Fuq il-ħajt
tat-Tramuntana hemm pittura ta’ mara b’ġiljuwa f’idha u
tipponta lejn il-pittura prinċipali. Il-ħwejjeġ li liebsa
din il-figura femminili kienu komuni fil-bidu tas-sittax-il Seklu.
Matul it-Tieni Gwerra (eżattament
fl-1942) il-kappella ġarrbet xi ħsarat; ġiet irranġata
u sarilha paviment ġdid spejjeż tal-parroċċa tal-Gudja.
Dan sar fi żmien il-kappillan Fil-preżent,
l-MIA (
Il-Kor SINE MACULA ta' Ħal Safi waqt wieħed mill-kunċerti fil-kappella ta' Bir Miftuħ fl-okkażjoni tal-European Heritage Days 2004. Innota l-arkati u l-pittura ta' fuq l-altar li qed tiġi restawrata. |
copyright: Tony Pace 2005