|
San Girgor - il-festa dari u llum
|
(ir-ritratt juri xena mill-festa ta' San Girgor li kienet issir dari fiż-Żejtun) Sa mill-1781 il-festa ta’ San Girgor bdiet issir l-ewwel Erbgħa fuq l-Għid il-Kbir. Bil-mod daħlet id-drawwa li ssir purċissjoni nazzjonali, immexxija mill-isqof innifsu. Il-purċissjoni kienet titlaq mill-Katidral ta’ l-Imdina u tasal saż-Żejtun. Hawn kienet issir quddiesa u talb ieħor. Il-parroċċi kollha kienu jieħdu sehem f’din il-purċissjoni. Kulħadd kien jimxi wara s-salib tal-kleru. Il-fratellanzi kienu jieħdu sehem ukoll. L-Isqof Mauro Caruana waqqaf is-sehem tal-parroċċi wara tilwim li nqala’ bejn il-kleru ta’ Birkirkara u dak ta’ l-Isla. Fil-preżent għadha ssir purċissjoni mill-knisja ta’ San Klement (fiż-Żejtun stess) għal dik ta’ San Girgor. F’din il-purċissjoni qasira jieħu sehem:
Il-festa ta' San Girgor allura ma baqgħetx popolari bħal qabel. Xorta waħda pero`, bosta Maltin jinżlu Marsaxlokk, min jilgħab it-tombla, min jaqbeż qabża l-baħar (avolja jkun għadu kiesaħ), min jixtri mill-monti u min jgħaddi l-ħin jisma’ xi naqra għana mill-għannejja li jinżlu Marsaxlokk apposta. |