|
Iċ-Ċittadella f’Għawdex: |
|||
|
TAGĦRIF ĠENERALI: Iċ-Ċittadella
t’Għawdex kienet magħrufa wkoll bħala l-GRAN KASTELL (Gran
Castello) u ilha żmien twil imdawra bis-swar. L-għan tagħha
Iċ-Ċittadella
hija mibnija fuq għolja. Din l-għolja kienet użata mill-Feniċi,
Kartaġiniżi u Rumani. X’aktarx li kienu r-Rumani li bnew l-ewwel
swar madwar iċ-Ċittadella u parti mir-Rabat tal-lum. In-nies
kienu joqogħdu ’l ġewwa Meta
l-Għarab ħakmu
l-Gżejjer Maltin wara s-sena 870 W.K., il-belt ewlenija ta’ Għawdex
semmewha Mdina, bħal dik ta’
F’Settembru
1429, Kajd Ridavan u l-furbani Musulmana tiegħu attakkaw il-Gżejjer
Maltin. Il-pirati ta’ Kajd Ridavan kienu b’kollox ilaħħqu xi
18,000 ruħ. L-Imdina (ta’ Il-Kavallieri ta’ San Ġwann waslu fil-Gżejjer Maltin fl-1530. L-ewwel Granmastru kien L’Isle Adam. Id-dħul tal-Granmastru fiċ-Ċittadella sar fil-15 ta’ Mejju 1531. Insibu li bosta Għawdxin kienu jgħixu wara s-swar taċ-Ċittadella minħabba l-pirati. Kelma oħra flok pirati hija sibbien. Dawn kienu ħallelin tal-baħar. Anke dawk li kienu jaħdmu fl-irħula u fil-kampanja, fil-għaxija kienu jorqdu ’l ġewwa mis-swar. Sa l-1637 bil-liġi, l-Għawdxin kienu obbligati jgħaddu l-lejl ’il ġewwa mis-swar. Fl-1551
il-kursar Dragut b’10,000 ruħ ħarbat lil Iċ-Ċittadella
ma ġietx attakkata fl-Assedju l-Kbir ta’ l-1565. Fl-1567
il-Granmastru La Valette qatta’ erbat ijiem fiċ-Ċittadella u
ordna li għandu jissewwa l-Kastell taċ-Ċittadella. Iċ-Ċittadella
bdiet tiġi rranġata bis-serjeta` fl-1599 taħt l-inġinier
Rinaldini. Fi żmien il-Granmastru Wignacourt (1601-1622) ix-xogħlijiet
tlestew u ċ-Ċittadella u t-telgħa li tagħti għaliha
iffurmat ruħha għal kif nafuha llum. Il-Ġeneral
Franċiż Reynier, taħt il-kmand ta’ Napuljun attakka lil Għawdex
fl-1798. Bħala fortifikazzjonijiet prinċipali Għawdex kellu
ċ-Ċittadella u l-forti Chambray. Iċ-Ċittadella kienet
l-ewwel li ċediet u l-imfietaħ tal-Belt ingħataw lil
Reynier. Mill-banda l-oħra, meta bdiet ir-rewwixta kontra l-Franċiżi
fit-2 ta’ Settembru 1798, il-Franċiżi nqaflu fiċ-Ċittadella
u ddefendew ruħhom hemm ġew. Huma abbandunaw il-forti Chambray
mill-ewwel. F’Ottubru, wara li ġie Lord Nelson, il-Franċiżi ċedew. Għawdex għadda f’idejn l-Għawdxin immexxija mill-Arċipriet Cassar. Fiċ-Ċittadella sabu ħażna kbira ta’ armi li kienu ħallew warajhom il-Franċiżi. Wara li ċedew il-Franċiżi, il-Gżejjer Maltin għaddew taħt idejn l-Ingliżi. Illum
iċ-Ċittadella qiegħda tiġi restawrata bil-mod wara li
għaddiet |
|||
|
Il-Katidral ta’ Għawdex: |
|||
|
Il-Katidral
li hemm fiċ-Ċittadella huwa iddedikat lil Santa Marija u
Il-Katidral huwa mibni fuq stil Barokk. Il-pjanti saru mill-perit Lorenzo Gafa`. Inbena bejn l-1696 u l-1711. Kien żmien il-Kavallieri. Fl-1693 terremot qawwi kien waqqa’ saħansitra l-koppla tal-Katidral l-antik. Il-Matriċi saret il-knisja tas-sinjuri u ħafna ħallewlha anke propjeta` u flus. Mill-Matriċi
ħarġu l-parroċċi l-oħra Għawdxin. Xi parroċċi
Għawdxin li ħarġu mill-Matriċi huma x-Xewkija, l-Għarb,
in-Nadur, il-Qala, ix-Xagħra, is-Sannat u ż-Żebbuġ. Illum
il-Matriċi hija l-Katidral ta’ Għawdex.
Il-Katidral ta’ Għawdex huwa separat Fil-Katidral
insibu Arkivju u Mużew. (Ara stampa ta' KWADRU
fil-Muzew) |
|||
|
L-ASSEDJU L-KBIR TA’ GĦAWDEX 1551: |
|||
|
F’Lulju ta’ l-1551 il-Granmastru kien Juan d’Omedes u l-gvernatur taċ-Ċittadella kien l-Aragoniż Fra Galatiano de Sesse. Rajjes Dragut, furban u pirata, ħabat għal Għawdex b’ 10,000 ruħ. L-Għawdxin daħlu għall-kenn taċ-Ċittadella biex jiddefendu ruħhom.
Il-gvernatur fittex ftehim. Ftiehem ma’ Dragut li jiftaħlu
l-bibien taċ-Ċittadella u t-Torok kellhom iħallu liberi 40
ruħ Jgħidu li ċertu Bernardo de Opuo, suldat, qatel
lil martu u liż-żewġ uliedu bniet biex dawn ma jitkaxkrux
fil-jasar. Bernardo miet jiġġieled.
copyright: Tony Pace |