Palazzo Falson:      Fdal Medjevali fl-Mdina

Il-bini magħruf bħala Palazzo Falson huwa t-tieni l-eqdem bini li nistgħu nsibu llum ġo l-Imdina.

Il-Viċi Ammirall Aragoniż Michele Falsone darba kien is-sid ta’ dan il-Palazz.

L-istil tal-palazz huwa dak Sikulo-Normann.

Il-Fondazzjoni Patrimonju Malti qiegħda tirrestawra din id-dar li se tinfetaħ bħala mużew storiku.

 

Palazzo Falzon huwa magħruf ukoll bħala d-Dar Sikulo-Normanna. L-istil ta' Palazzo Falzon intuża ħafna min-Normanni fi Sqallija. Għal bosta żmien konna nsejħu lil din id-dar bl-isem ta' ID-DAR NORMANNA.

Waħda mit-twieqi ta' Palazzo Falson quddiem il-Knisja tal-Madonna Tal-Karmnu fl-Imdina. L-istil użat huwa dak magħruf bħala Sikulo-Normann.
F'Palazzo Falson  insibu numru ta’ kmamar imdawrin ma’ bitħa. Fis-sular ta’ fuq insibu l-Piano Nobile bis-swali, kmamar tas-sodda, kmamar ta’ l-ikel u anke kappella.

Fir-ritratt tidher il-bitħa ta' Palazzo Falson; bħalissa (2005) għaddej programm ta' restawr fuq dan il-bini storiku li għandna fl-Imdina.

Dettalji tal-faċċata ta' Palazzo Falzon

Fil-Medjuevu nofs il-bini fejn illum hemm Palazzo Falzon, kien propjetà tal-Patrijiet Dumnikani tar-Rabat. Waqt xi attakk tal-furbana il-Patrijiet kienu jirtiraw f'dan il-bini, wara s-swar ta' l-Imdina, bl-affarijiet kollha tagħhom.

kitba u ritratti: Tony Pace