Il-Kumpless Storiku ta’ Sant' Agata:

Sant Agata Rabat... katakombi... knisja troglodita... knisja... kumpless storiku

 

Il-Kripta, il-Katakombi, il-Knisja u l-Mużew ta’ Sant’ Agata, flimkien jagħmlu dak li aħna nsejħulu l-Kumpless Storiku ta’ Sant’ Agata. Sa minn meta s-Soċjeta` Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) marret fid-dar tar-Rabat, hija dejjem ħarset bl-akbar għożża dawn il-postijiet qaddisa u kulturali.

(Ritratt xellug: il-knisja ta' Sant Agata li qiegħda n-naħa l-oħra tat-triq fejn insibu l-katakombi ta' San Pawl)

il-kripta ta' Sant Agata...... knisja troglodita...

 

Il-Kripta ta’ Sant’ Agata: magħrufa hekk għax jingħad li meta l-qaddisa kienet Malta , hi kienet tinżel titlob f’dan il-post. Fiha diversi affreski tas-snin 1200 u 1480 A.D., u statwa ta’ l-alabastru tal-Qaddisa, mogħtija mill-Isqof Mons . Lucas Buenos fis-sena 1666.

il-katakombi ta' Sant Agata.... katakombi paleokristjani....

Il-Katakombi ta’ Sant’Agata: qegħdin biswit il-Kripta. Dawn il-katakombi jisimhom IL-KATATAKOMBI TA' SANT'AGATA proprju minħabba li jinsabu maġenb il-Kripta (jew knisja troglodita i.e. mħaffra fil-blat) iddedikata lil Sant'Agata. Fihom kienu jiġu midfuna l-Insara fl-ewwel sekli tal-Kristjaneżmu f’pajjiżna. Bosta huma l-viżitaturi, speċjalment barranin, li jżuruhom.  

il-muzew ta' Sant Agata...... souvenirs...
 

Il-Mużew: jinsab ħdejn il-knisja. Fost l-oħrajn fih kollezzjonijiet ta’ fuħħar Puniku, ħġieġ Ruman, miniti antiki, u paramenti liturġiċi li jintużaw anke fil-knisja.

il-knisja ta' Sant Agata...... Rabat Malta ...

 

Il-Knisja ta' Sant'Agata: iddedikata lil Sant’Agata, propju għax qiegħda eżattament fuq il-Kripta u l-katakombi. Fiha hemm statwa ta’ l-irħam tal-Qaddisa. Jingħad li din l-istatwa, fl-20 ta’ Lulju 1551, tqiegħdet fuq is-swar ta’ l-Imdina waqt l-attakk ta’ Dragut fuq il-gżejjer Maltin. Tintuża regolarment għal diversi ċelebrazzjonijiet liturġiċi.

Tagħrif meħud minn "Aħna Lilkom" - ħolqa bejn il-ħbieb: maħruġ mis-Soċjeta` Missjunarja ta' San Pawl Frar 2005