It-Tmienja ta' Settembru:

Jibqamagħruf ukoll bħala l-Otto Settembre u Jum il-Vitorja. F’dan il-Jum il-poplu Malti jfakkar żewġ avvenimenti importanti:

(a) ir-Rebħa tal-Kavallieri u l-Maltin fuq it-Torok Ottomani (fl-1565)

(b) it-Tmiem tat-Tieni Assedju (1943)

 

 

 

Monument fil-Birgu f'Misraħ ir-Rebħa; ifakkar ir-rebħa tal-Maltin u l-Kavallieri fuq it-Torok Ottomani fl-1565.

 

 

L-Assedju l-Kbir ta’ l-1565 beda f’Mejju.

  • It-Torok ħabtu għall-Gżejjer maltin b’180 xini u b’40,000 ruħ. Il-Kavallieri u l-Maltin kellhom bejniethom madwar 9000 ruħ.
  • Il-mexxej tagħhom kien il-Granmastru La Valette.
  • L-unika fortifikazzjoni li rebħu t-Torok kien il-Forti Sant Jiermu. L-Isla u l-Birgu żammew sod.
  • Sqallija bagħtet l-għajnuna lil Malta fis-7 taSettembru.
  • Wara din ir-rebħa, il-Birgu ngħata l-isem taCitta` Vittoriosa (tfisser: Belt Rebbieħa).
  • Biex jitfakkar l-Assedju l-Kbir insibu monument fil-Belt Valletta u ieħor fil-Birgu.

 

Il-Monument ta' l-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta, quddiem il-bini tal-Qrati Maltin.

Aqra iktar dwar l-ASSEDJU L-KBIR ta' l-1565.

 

Fit-Tieni Assedju, magħruf aħjar bħala it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Gżejjer Maltin sfaw il-mira ta’ l-ajruplani Taljani u Ġermaniżi.

  • L-Italja iddikjarat il-gwerra fl-10 taĠunju 1940.
  • L-ewwel attakk fuq Malta sar mill-ajruplani Taljani fl-10 taĠunju 1940.
  • Eluf taMaltin ħallew l-inħawi tal-Port il-Kbir u fittxew kenn fil-kampanja.
  • Il-Maltin kienu jistkennu fix-xelters imħaffra apposta.
  • Il-konvojs mibgħuta lejn Malta bdew jiġu mgħarrqa mill-vapuri Ġermaniżi.
  • F’Awissu 1942 meta konna se nċedu minħabba nuqqas taikel, wasal il-konvoj ta’ Santa Marija (15 taawissu 1942).
  • Fil-15 ta’ April 1942 ir-Re Ġorġ VI ta’ l-Ingilterra irrikonoxxa l-qlubija tal-maltin billi tana l-medalja “George Cross”.
  • Tifkira tadan l-assedju, fit-8 taSettembru issir ir-Regatta tad-Dgħajjes fil-Port il-Kbir. Isiru wkoll ċerimonji maż-żewġ monumenti fil-Birgu u fil-Belt.

 

 

 

 

Il-Monument li jfakkar it-Tieni Gwerra Dinjija qrib il-Barrakka t'Isfel.