line decor
  
line decor
 .  
 ..

..MERĦBA FL-ISKOLA TAGĦNA

 

.A.

..ATTIVITAJIET fil-qrib

Lura l-Iskola

Nhar it-Tnejn 28 ta' Settembru 2009, l-iskola terġa' tiftaħ il-bibien tagħha għal sena skolastika oħra.


DDjarju 2009/10

Fil-jiem li ġejjin l-għalliema se jibdew iqassmu d-djarju skolastiku 2009 - 2010


Ibża' għal saħħtek u għal saħħet ħaddieħor

L-Influwenza A H1N1

aqra aktar>>

Nixtieq nagħtikom merħba fil-website tal-iskola tagħna. Permezz ta’ din il-website nixtiequ nagħtu stampa ta’ dak li jseħħ fil-komunità skolastika tagħna. Għalhekk qed inwasslulkom informazzjoni dwar il-ħidma li sseħħ ta’ kuljum, kemm mill-istudenti, kif ukoll mill-edukaturi li jaħdmu fl-iskola tagħna.

L-impenn tagħna lkoll huwa ffukat biex titwettaq il-missjoni skolastika tagħna. Dik li l-istudenti jkunu pprovduti b’edukazzjoni ta’ kwalità, li tiżviluppa bl-aħjar mod dawk il-kwalitajiet, il-ħiliet u l-valuri li jeħtieġu biex jikbru bħala persuni u bħala ċittadini.

Għalhekk nistedinkom tagħmlu użu minn din il-website, billi tfittxu fit-taqsimiet differenti, tagħrif ta’ interess, fost l-oħrajn dwar l-istorja tal-iskola tagħna u l-attivitajiet organizzati matul is-sena skolastika.  

Mr  J. Cilia Vincenti - Kap tal-iskola

Kulleġġ San Tumas More, Skola Sekondarja Subien, Triq Ġuże Damato - Paola PLA 1248...... t: (+356) 21 693 997..... t: (+356) 21 803 653... .f: (+356) 21 696 734