1938: Ippubblika f’‘Il-Malti’ il-poeżija Lill-Kanarin. Dan il-kanarin kienet tathulu Katerina Cutajar, it-tieni seftura tiegħu, f’għeluq sninu.

1938:  Bi tweġiba lingwistika (għall-Maltin) u filosofika (għall-bilanċ ma’ l-argument materjalista ta’ Ugo Foscolo), Dun Karm ħareġ il-poema Il-Jien u lil Hinn Minnu, li għalih kienet meqjusa bħala “għanja tal-moħħ, tal-qalb u tar-ruħ.”

Bejn Ġunju 1940 u Mejju 1945:  Minħabba l-attakki tat-tieni gwerra dinjija, Dun Karm telaq mid-dar ta’ Tas-Sliema u niżel f’raħal twelidu, Ħaż-Żebbuġ. Hawnhekk Dun Karm ukoll ġarrab il-problema tas-solitudni peress li hawn ma setax jiltaqa’ ma’ ħbieb tal-qatgħa tiegħu letterarja.

Il-Milied 1940:  Fl-okkażjoni ta’ l-ewwel xandira fuq ir-Rediffusion, inqrat waħda mill-poeżiji ta’ Dun Karm.

1940:  Dun Karm sar l-ewwel direttur spiritwali tal-Leġjun ta’ Marija.    

 
27 ta’ Frar 1941:  L-Innu Malti, miktub minn Dun Karm, sar l-innu uffiċjali ta’ pajjiżna.  

 
1942: Dun Karm irtira minn President ta’ l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti u minn editur ta’ ‘Il-Malti’.

 
 
1945:  Tressqet mozzjoni mill-Professuri Ġużè Aquilina u Pietru Pawl Saydon biex Dun Karm jingħata Dottorat fil-Letteratura li sa dak iż-żmien ma kien għadu ngħata lil ħadd. Din il-mozzjoni ġiet aċċettata u ċ-ċerimonja ta’ l-għoti tad-Dottorat saret fit-2 t’Ottubru 1945. Il-poeta kellu 74 sena. Bħala apprezzament min-naħa ta’ l-Għaqda tal-Malti, il-poeta ġie ppreżentat bi kwadru biż-żejt, xogħol tal-pittur Edward Caruana Dingli, li ’l quddiem tqiegħed fis-sala tal-librerija ta’ l-Università ta’ Malta.
 
1946:  Dun Karm ingħata l-Midalja tad-Deheb Ġużè Muscat Azzopardi minn ibnu Ġino, unur li kien jingħata lill-aqwa awturi taż-żmien.

1946:  Il-Professur Ġużè Aquilina ħareġ antoloġija bl-aqwa poeżiji li kiteb Dun Karm bejn l-1912 u l-1940. Min-naħa l-oħra, Ġużè Bonnici ħareġ għażla ta’ poeżiji li kiteb Dun Karm fi żmien il-gwerra.

1954:  Dr. Giovanni Curmi ġabar il-poeżiji ta’ Dun Karm bit-Taljan fi ktieb li jġib l-isem ta’ Liriche. Fl-istess sena, Dun Karm kiteb l-aħħar poeżija tiegħu bl-isem ta’ Madonna tal-Karmnu.

1956:  Ir-Reġina Eliżabetta II ħatritu bħala Commander of the British Empire.

 
Daħla
  1871-1903
 1909-1936
  1938-1956
   1957-1961
      Ritratti
Poeżiji
     Ħajr
 

Produzzjoni: Skola Sekondarja Dun Karm Psaila, Ħaż-Żebbuġ
Disinn: m7alpha Design Studios