![]() |
18 t’Ottubru
1871: Ir-raħal ta’ Ħaż-Żebbuġ
laqa’ fih it-twelid ta’ Karmenu (’il quddiem magħruf iktar bħala
Dun Karm) fid-dar numru 18, Triq il-Parroċċa, minn Filippu
(1828-1892)
u Lunzjata mwielda Pisani (1831-1909). Karmenu kien id-disa’ wild fost
għaxar aħwa, għalkemm minn dawn il-poeta laħaq biss
erbgħa minħabba li l-oħrajn laħqu mietu. |
![]() |
||
1873:
Meta Karmenu kellu sentejn, il-familja tiegħu ġarret f’dar ikbar
u isbaħ li kien bena missieru stess fl-istess triq (numru 40 (illum
36)). |
|||
| 1878:
Ta’ seba’ snin, grazzi għall-ftit edukazzjoni li huwa maħsub
li kellu missieru, Karmenu beda jmur l-iskola primarja tal-Gvern għalkemm
l-edukazzjoni obbligatorja kienet għad fadlilha biex tidħol
f’pajjiżna. |
![]() |
||
| 21 ta’ Settembru
1885: Karmenu daħal is-Seminarju
Minuri għax fi skola tal-Knisja aktar seta’ jilħaq l-ambizzjonijiet
tal-ġenituri tiegħu. Għal dak iż-żmien l-istat
saċerdotali kien ifisser livell soċjali għoli. |
|||
![]() |
1888:
Ta’ sbatax-il sena, Karmenu kompla l-istudji tiegħu fis-Seminarju
Maġġuri fil-mixja tiegħu lejn is-saċerdozju. F’din
l-istess sena kiteb l-ewwel poeżija bit-Taljan iddedikata lill-Isqof
ta’ dak iż-żmien, Pietru Pace, li ġġib l-isem Del
mio genio primizio. Wara kors ta’ sentejn filosofija, fl-1890
huwa beda l-kors tat-Teoloġija li wasslu għas-saċerdozju. |
|
| 2 t’April
1892: Miet missier Karmenu, Filippu,
fl-għomor ta’ 64 sena. Hu kien ġej minn familja ta' bdiewa iżda
x-xogħol primarju tiegħu kien dak ta’ baħħâr bejn
Malta u l-Greċja u xi artijiet oħra. Biex ifakkar il-mewt ta’
l-għażiż missieru, hu kiteb sunett bit-Taljan li jġib
l-isem A mio padre morto. |
||||
| 1893:
Karmenu, bħala seminarista, siefer għall-ewwel darba ma’ sħabu
s-seminaristi biex jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-15-il
anniversarju tal-pontifikat tal-Papa Ljun XIII f’Ruma. |
||||
|
![]() |
1896: Dun Karm ħareġ l-ewwel ġabra ta’ poeżiji bit-Taljan bl-isem ta’ Foglie d’Allore. Din tiġbor fiha 37 poeżija li kiteb hu stess bejn is-17 u l-24 sena tiegħu. | |
| 1901: Dun Karm siefer għat-tieni darba, f’Pariġi u Londra b’waqfa ta’ 20 ġurnata f’Tuneż. | ![]() |
||
|
|
|||
1903: Ħareġ il-ktejjeb Versi, stampat f’Palermo, li kien jiġbor fih xi poeżiji bit-Taljan. |
|||
| Produzzjoni: Skola Sekondarja Dun Karm Psaila, Ħaż-Żebbuġ | Disinn:
m7alpha
Design Studios |