Jannar/Frar 2010
Għeżież Ġenituri
Din hija l-ewwel darba li qed nindirizzakom permezz ta’ dan il-fuljett. Huwa ta’ unur għalija li ġejt fdat it-tmexxija tal-Iskola ta’ B’Kara. Hija skola li minn dejjem ħabbejtha, kemm fis-snin li għamilt bħala għalliem, kif ukoll f’dawn l-aħħar snin bħala Assistent Kap tal-Iskola.
Naf li dħalt għal responsabiltà kbira, iżda naf ukoll li f’dak kollu li nagħmel għandi l-appoġġ u l-għajnuna ta’ sħabi l-Assistenti Kapijiet u l-Istaff kollu kemm hu tal-Iskola. Ninsab ukoll fiduċjuż mill-koperazzjoni tagħkom il-ġenituri. Ta’ dan qed ngħidilkom grazzi kbira bil-quddiem.
L-iskola hija tagħna lkoll, għalliema u ġenituri. L-iskop tagħna huwa wieħed, li t-tfal tagħna f’ambjent ferrieħi jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom biex jikbru bħala persuni sħaħ. Biex dan isir hemm bżonn il-koperazzjoni bejnietna. Għalhekk tajjeb insaħħu l-komunikazzjoni ta’ bejnietna. Dan il-fuljett huwa wieħed mill-mezzi ta’ komunikazzjoni bejn l-iskola u l-ġenituri. Iżda żgur mhux l-uniku. Minn żmien għal żmien aħna se nżommukom infurmati b’dak li jkun qed jiġri fl-iskola u xi attivitajiet li jkollna kemm għat-tfal kif ukoll għalikom il-ġenituri.
Għal darb’oħra grazzi tal-koperazzjoni.
A. Cassar
A/Kap tal-Iskola
![]()
Aħbarijiet mill-Iskola
Proġett Dinja Waħda:
Bi pjaċir inħabbru li l-iskola tagħna rebħet il-Gold Award għall-parteċipazzjoni tagħha fil-proġett ambjentali Dinja Waħda matul is-sena skolastika 2008/2009. Prosit kbira lil kulħadd.
Websajt tal-Iskola:
Biex dejjem intejbu l-komunikazzjoni bejn l-iskola u l-ġenituri diġa bdejna servizz fejn xi noti li nqassmu minn żmien għal żmien lit-tfal dwar xi attivitajiet tal-iskola jkunu jistgħu jinqraw minn fuq il-websajt. Barra minn hekk il-websajt qed toffri ukoll verżjoni downloadable ta’ dawn iċ-ċirkularijiet biex min irid ikun jista’ jipprintjhom mill-kumdità ta’ daru. L-indirizz tal-websajt tal-iskola tagħna huwa: http://schoolnet.gov.mt/bkara.
Fiera ta’ Kotba:
Mill-Erbgħa 24 sal-Ġimgħa 26 ta’ Frar se ssir Fiera tal-Kotba fl-Iskola tagħna. L-iskop ta’ din l-attività, apparti dak ta’ fund raising, huwa li ndaħħlu fit-tfal l-imħabba lejn il-kotba u l-qari. Il-qliegħ minn din il-Fiera se jiġi investit f’aktar kotba għal-Libreriji tal-Iskola biex ikunu jistgħu jintużaw mit-tfal kollha. Nistedinkom tiġu tixtru minn din il-Fiera b’mod speċjali dak inhar ta’ Jum il-Ġenituri, nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Frar.
Raffle:
Fit-tieni ġimgħa ta’ Jannar se jitqassmu biljetti ta’ raffle organizzata mill-Athleta Basketball Nursery bi premjijiet sbieħ. Kważi nofs il-qliegħ mill-bejgħ tal-biljetti mill-istudenti tagħna se jmur għall-Iskola. Il-biljetti se jingħataw lit-tfal tal-Year 4, 5 u 6. Nixtieq nagħmilha ċara li t-tfal mhux se jiġu obbligati jbiegħu l-biljetti bilfors. Barra minn hekk, min ħa jieħu pakkett tal-biljetti se jbiegħu fil-familja tiegħu stess. ĦADD MIT-TFAL M’GĦANDU JITĦALLA JIĠRI BARRA JBIEGĦ IL-BILJETTI LIN-NIES JEW ĠIRIEN. Madankollu min fostkom il-ġenituri, jixtieq jieħu sehem f’din il-lotterija nirringrazzjawh bil-quddiem. L-Athleta Basketball Nursery qed toffri numru ta’ korsijiet b’xejn fil-Basketball għal numru ta’ studenti tagħna kif ukoll numru ta’ blalen tal-Basketball b’xejn għall-Iskola.
Xogħol fuq il-Palk tas-Sala tal-Iskola:
Bħalissa għaddej xogħol biex intejbu l-palk tas-sala tal-Iskola. F’Jannar se titwaħħal rail ġdida tal-purtiera li taħdem bl-elettriku. B’hekk nisperaw li tissolva l-problema ta’ meta kienet teħel il-purtiera bir-rail il-qadima. Qed isiru wkoll pjanijiet biex titjieb is-sistema tad-dawl ħalli b’hekk ir-rappreżentazzjonijiet tat-tfal fuq il-palk joħorġu aħjar.
![]()
Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena
Fit-8, 9 u 11 ta’ Frar se jkollna l-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena. Matul dawk il-ġranet it-tfal tal-Year 4, 5 u 6 jispiċċaw l-iskola f’12:00. Dak il-ħin ma jkunx hemm trasport. It-tfal l-oħra kollha, minn Kinder sa Year 3 ikollhom skola bħas-soltu u jkollhom it-trasport bħas-soltu fis-14:30.
Din hija t-Time Table tal-Eżamijiet:
|
Data |
1st Session |
2nd Session |
|
8 ta’ Frar |
Malti |
Malti Listening Comprehension |
|
English Listening Comprehension |
||
|
9 ta’ Frar |
Mathematics |
Studji Soċjali |
|
11 ta’ Frar |
English |
Reliġjon |
![]()
Jum il-Ġenituri
Nhar Il-Ġimgħa 26 ta’ Frar huwa Jum il-Ġenituri. Dak inhar il-ġenituri tal-Years 4, 5 u 6 jingħataw ir-riżultati tal-eżamijiet ta’ Nofs is-Sena. It-tfal kollha minn Year 1 sa Year 6 ma jkollhomx skola.
![]()
Attività tal-Karnival
Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Frar, tul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu se ssir attivita’ tal-Karnival fl-Iskola. Min irid jista’ jlibbes lit-tfal kostum tal-Karnival jew ħwejjeġ normali. Dak inhar l-iskola tispiċċa f’nofsinhar.
![]()
Kalendarju JANNAR/FRAR 2010
|
12 ta’Jannar |
|
Year 4 – Tingħata l-injezzjoni tal-MMR |
|
14 ta’ Jannar |
|
Year 6 – Ħarġa: Sport u Arti fil-Belt Valletta |
|
19 ta’ Jannar |
|
Year 3 – Lezzjonijiet tal-Ġinnastika fl-Iskola |
|
20 ta’ Jannar |
|
Year 4 – St. James Cavalier, Valletta, Play: ”Walk the Plank” Year 5 – Taħdita fuq l-Ambjent |
|
27 ta’ Jannar |
09:15 |
Laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li se jibdew il-Pre Kinder fi Frar 2010 |
|
29 ta’ Jannar |
|
It-tfal kollha tal-Kinder jispiċċaw l-iskola fin-12:30 minħabba laqgħa ta’ kull xahar għall-għalliema tal- Kinder |
|
1 ta’ Frar |
09:00 |
L-ewwel jum ta’ skola għat-tfal bniet tal-Kinder li jibdew fi Frar |
|
2 ta’ Frar |
09.00
|
L-ewwel jum ta’ skola għat-tfal subien tal-Kinder li jibdew fi Frar Year 3 – Lezzjonijiet tal-Ġinnastika fl-Iskola |
|
8 ta’ Frar |
|
Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena: Year 4, 5 u 6 |
|
9 ta’ Frar |
|
Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena: Year 4, 5 u 6 |
|
10 ta’ Frar |
|
San Pawl – Btala Pubblika |
|
11 ta’ Frar |
|
Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena: Year 4, 5 u 6 |
|
12 ta’ Frar |
12:00 |
It-tfal kollha minn Kinder sa Year 6 jispiċċaw l-iskola f’12:00 minħabba laqgħa għall-għalliema. Fin-nofs ta’ nhar ta’ fil-għodu jsiru attivitajiet tal-Karnival |
|
15 u 16 ta’ Frar |
|
Vaganzi tal-Karnival |
|
24 ta’ Frar |
|
Year 5 – lezzjonijiet tal-Għawm fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq |
|
24 sa 26 ta’ Frar |
|
Fiera ta’ Kotba fl-Iskola |
|
26 ta’ Frar |
|
Jum il-Ġenituri It-tfal minn Year 1 sa Year 6 ma jkollhomx skola. It-tfal tal-Kinder ikollhom skola san-12:30 minħabba laqgħa ta’ kull xahar għall-Għalliema tal-Kinder |