Introduzjoni

Ikuntatjani

Awards Mirbuha

Sajd tal-Lampara

Sajd bit-Tkarkir

Sajd tal-Pistin

Sajd tal-Lampuki

Bejgh tal-Hut

Sajd Iehor

Guestbook

 

 

 

 

 

 

      
SAJD BIT-TKARKIR

Is-sajd bit-tkarkir f’Malta għadu storja relattivament qasira. Għalkemm fl-aћћar tas-snin ħamsin u fil-bidu tas-sittinijiet kien ingћata bidu sabiex jiġi introdott dan it-tip ta’ sajd permezz ta’ l-għajnuna diretta mid-Dipartiment tas-sajd, u minkejja li l-qbid kien wieћed inkuraġġanti, dan ma setgħax jirnexx gћas-sempliċi raguni li ma kienx hawn suq għal dan it-tip ta’ ħut billi l-pubbliku Malti kien gћadu ma draħx.

Is-sajd bit-tkarkir jinqasam f’żewg tipi dak ta’ bi nhar u dak ta’ bil-lejl. Dak ta’ bi nhar bħala regola kien jsir f’baħar b’fond aktar min 80 qama fejn il-qiegћ ikun regolari u tafli, waqt li dak ta’ bil-lejl kien isir f’baħar relattivament baxx u fejn il-qiegħ ikun qawwi u b’xi skoll.

Dak tal-fond kien isir is-sena kollha waqt li dak ta’ bil-lejl l-aktar li kien jsir matul ix-xitwa meta il-lejl jitwal u allura jippermetti aktar xogħol. Differenza essenzjali hi hemm bejn dan it-tip ta’sajd u kull forma ta sajd ieћor hija li billi dan kien isir permezz ta’ xibka li titkaxkar mal-qiegħ, allura dan huwa limitat gћal ċertu żoni biss minħabba l-ћsara li wieħed jista’ jġarrab meta jistad f’baћar li ma jkunx jafu sew.

Il-ħut li kien jinqabad bit-tkarkir ta’ bi nhar kien jikkonsisti prinċipalment f’Gambli, Merluzz, Trill Abjad, Pixxi San Pietru, Ċippullazz, Vopi, Sawrell, Mazzola, Raj, Gattarelli, Totli, Siċċ, Qarnit, meta jsir f’fond ta’ madwar 80 u 120 qama. Meta dan kien isir f’baћar aktar fond, jonqos ħafna il-ћut bħall-Merluzz u oћrajn, iżda jinqabdu Ragustelli u Gambli ħomor kbar. Differenza oћra hi li t-Trill tal-qasir huwa aktar ħamrani u li ma’ dawn kienu jinqabdu ukoll xi Paġell, Traċni, u Klamari.

Test underline


Website minn Alan Agius © Sajd.cjb.net 2004-2005.