Introduzjoni

Ikuntatjani

Awards Mirbuha

Sajd tal-Lampara

Sajd bit-Tkarkir

Sajd tal-Pistin

Sajd tal-Lampuki

Bejgh tal-Hut

Sajd Iehor

Guestbook

 

 

 

 

 

 

      
SAJD TAL-LAMPUKI

INTERVISTA MA' SAJJIED PTF (PART-TIME FISHING)

Intervistatur: Bongu, nista nagħmilek xi mistoqsijiet dwar is-sajd tal-Lampuki?

Sajjied: Iva, bil-qalb kollha sieħbi.

Intervistatur: Sewwa sew kif għandek tarma għal-Lampuki?

Sajjied: Mela inti jkollok kantun fil-qiegħ li jkollu ħabel tiela miegħu sal-wiċċ ,umbaghad fil-wiċċ xi qamtejn jew tliet iqjiem taħt l-ilma jkun hemm il-kannizzata. Issa  fil-wiċċ  tagħmel xi baga jew sufra kbira biex inti tkun tista tarafa u tkun tista tmur tistad ħdeja.

Intervistatur: Jiġifieri ċima?

Sajjied: Iva, imma min ma jkunx tekniku ċima jifhem ħabel, issa il-ħut zgħir jieqaf mal-kannizzata, imbaghad il-lampuki li jkun qiegħed ipassi jieqaf mal-kanizzata kull meta jkun hemm x’jiekol jiġifieri dan il-ħut iz-zgħir il-bqija jibqa miexi.

Intervistatur: Jieqaf għal-kenn taħtom?

Sajjied: Hekk tista tgħid iva, imma il-Fanfri l-iktar li jkunu għal kenn taħtom, pero il-Lampuki ma jiefqux alijom. Issa bi’nhar is-sajjied imur bir-rixa jdur mal-kanizzata u jekk ikun hemm il-ħut x’aktarx jaqbad waħda fuq ir-rixa.

Intervistatur: Meta tiġi kalata x-xibka?  

Sajjied: Ix-xibka tigi kalata meta tmissek Lampuka bi’nhar, hi u titkala ix xibka, l-Lampuka meħula fuq ir-rixa tibqa fil-baħar għax b’hekk hi tattira ħut ieħor li jkun hemm maċ-ċima.

Intervistatur: Meta tiġi miġbuda r-rixa?  

Sajjied: Ir-rixa tiġi miġbuda meta l-ħut jieqaf fil-post qtil il-ħut, umbad kif adtlek tigi miġbuda biex il-ħut jieqaf fil-post qtil il-hut tax-xibka u b’hekk ikun jista jiġi maqbud.  

Intervistatur: Għal liemma raġuni jejduli qtil il-ħut?

Sajjied: Għax hemmek tifforma il-borża u l-ħut ikun għal qtil.

Intervistatur: Ok, issa il-borża tkun bħal lampara?

Sajjied: Tip taħa imma izgħar.

Intervistatur: Issa, kif għandek taħdem bil-lejl?

Sajjied: Bil-lejl trid tiċċekja bis-search light biex tara jekk hemmx ħut madwar il-kanizzata. Issa jekk ikun hemm il-ħut, ma tridx tħallih jara dawl, jigifieri is-search light trid titfiħ għax inkella jitgerrex. u ma idawrux. Il-lampuki qisu iċċassat ikun bil-lejl ħafna drabi, u jekk ma jindunax bik taqbdu kollhu.

Intervistatur: Hemm bżonn li ikun bnazzi ħafna għal dan ix-xogħol?

Sajjied: Iva importanti li ikun bnazzi ħafna għal dan ix-xogħol, forza 3 u 4 ġieli ma jħallikx taħdem għax il-ħut iddawru imma ma taqbdux, għalkemm forza 3 u 4 tal-Pixxispad xorta jaħdmu.

Intervistatur: Fi x’hin l-aħjar li issir dan ix-xogħol?

Sajjied: Ifhemm bejn il-ħdax u t-tlieta ta’ wara nofs in-nhar ma taqbadx ħut għax ix-xemx tkun għada ħafna il-fuq, jiġifieri dak il-hin ix-xogħol għal-lampuki zgur ikun wieqaf. Issa bil-lejl importanti li ma ikunx hemm dawl qawwi mixgħul.

Intervistatur: Issa ġieli wara li terfgħa terġa tkala mil-ewwel?

Sajjied: Mela, kif tasal maċ-ċima ta’ wara terġa tkala u terfgħa u wara tirranġa x-xibka biex jekk iċ-ċima ta’ wara tkun għax-xogħol taħdima ukoll u tibqa sejjer hekk.

Intervistatur: U xi kemm tħalija ix-xibka ġol-baħar qabel idawara?

Sajjied: Le inti taqbad tkala dawra tond u kif tasal għat-tarf  taqbad u tibda tigbed miż-żewġ naħat biex fl’aħħar tifforma borża.

Intervistatur: Jinġibed bħat-tartarun tal-mulleti?

Sajjied: Iva hekk.

Intervistatur: Dak kollox sieħbi u grazzi ħafna.  


Għal din is-sezzjoni nixtiq niringrazzja li Nessuno li ħalini namilu intervista dwar is-sajd tal-Lampuki. Min għawn nixtiq nejdlu Grazzi Ħafna.

 

Test underline


Website minn Alan Agius © Sajd.cjb.net 2004-2005.