Introduzjoni

Ikuntatjani

Awards Mirbuha

Sajd tal-Lampara

Sajd bit-Tkarkir

Sajd tal-Pistin

Sajd tal-Lampuki

Bejgh tal-Hut

Sajd Iehor

Guestbook

 

 

 

 

 

 

      
SAJD TAL-LAMPARA

Fix-xhur bejn Mejju u l-ewwel gimgħat ta Awissu, bosta sajjieda kienu joħorgu bil-lampara, għalkemm naqas ħafna, dan is-sajd isir fi ljieli bla qamar. Il-ħut li ġeneralment jinqabad bil-lampara huwa Laċċi, Vopi, Kavalli u Sawrell.

Dan is-sajd isir minn fuq luzzijiet ta’ ċertu kobor u laneċ ohra, il-ħut jinqabad billi jiġi użat dawl ta’ qawwa kbira li jattira il-ħut lejn il-qoxra, wara li tigi kalata ix-xibka hi tigi imdawra u hi u tigi migbuda, ix-xibka tiġi forma ta’ borża u għal din ir-raġun il-ħut ma ikunx jista jaħrab.

Saħansitra anke fil-kwalita’ ta’ ħut li qed jittiekel saret bidla kbira, tant li waqt li naraw li ħut bhal Kaħli, Vopi u Sawrell li qabel kien hemm domanda kbira għalih, illum naqset xi naqa mhux ħazin id-domanda għalih, ħut ieħor tal-konz, bħal Pixxispad, Dottijiet, Ċeren, Dnieċi u Paġell, kibret id-domanda għalih u huma mfittxija sew mill-pubbliku u qed jikmandaw prezz verament tajjeb.

Il-ħut tal-Lampiera, għalkemm għadu imfittex minn ċertu sezzjoni tal-publiku Malti, naqas hafna mill-importanza tiegħu għaliex ma tantx huma dawk is-sajjieda li jarmaw għalih. Waħda mir-raġunijiet hija l-kompetizzjoni minn ħut ieħor, u oħra hija li dan is-sajd jeħtieġ ħafna idejn għaliex dan huwa xogħol simili għal dak tal-Lampuki bid-differenza li jsir bil-lejl biss meta jintuża dawl ta’ qawwa kbira. Raġuni oħra hi li meta jinstab fi kwantitajiet kbar il-prezz maljar jaqa’ u ta’ spiss ikollu jintrema’ l-baħar jew jintuza bħala liska għal-konzijiet, skont x’tip ta ħut ikun inqabad u allura is-sajjied sab li s-sajd tal-Pixxispad u tat-Tonn jirrendilu aktar għalkemm jinvolvi aktar spejjez ta’ Diesel u liska.

 

Test underline  


Website minn Alan Agius © Sajd.cjb.net 2004-2005.