|
Is-sajd
għandu rabta kbira mal-ħajja tal-Maltin u għalkemm
illum ma għadux hekk sa xi 30 sena ilu, is-sajd f’Malta konna
għadna nistgħu naqsmuħ fi tliet staġuni
prinċipali;
>L-istaġun
tal-Lampuki
>L-istaġun
tal-Pistin u tat-Tkarkir
>L-istaġun
tal-Lampara
Iżda illum l-istaġuni ma għadhomx kif kienu
fil-passat bħares li s-sajd tat-Tkarkir gie illegalizat u
għal daqstant kellhom jinbidlu l-istaġuni prinċipali
li illum saru;
>L-istaġun
tal-Lampuki
>L-istaġun
tat-Tonn u Pixxispad
>L-istaġun
tal-Lampara
Tajjeb
li nejdu li qed jonqsu ħafna s-sajjieda Full-Time (F), hemm
ħafna raġunijiet fosthom li fuq il-baħar hemm
ħafna riskji, kif ukoll li dan ix-xogħol huwa ta’
tbatija kbira. Raġuni oħra hi li l-qbid tal-ħut
qiegħed dejjem jonqos u għal din ir-raġuni qed jonqos
il-profit li idaħlu s-sajjieda, problema oħra hi li l-ingenji
tal-baħar bħal GPS, Radar, Skandal u kif ukoll l-qoxra
tal-baħar stess li trid restawr u manteniment kontinwu li
jiswew ħafna flus. |