Introduzjoni

Ikuntatjani

Awards Mirbuha

Sajd tal-Lampara

Sajd bit-Tkarkir

Sajd tal-Pistin

Sajd tal-Lampuki

Bejgh tal-Hut

Sajd Iehor

Guestbook

 

 

 

 

 

 

      
SAJD IEHOR

B’sajd ieħor wieħed irid ifisser dak ta’ l-għeżula, tal-parit u xkitti kif ukoll dak tan-nassi. L-għeżula, il-parit u l-ixkitti għandhom l-istess funjoni jiġifieri li jkunu kalati f’xi bicca baħar fejn is-sajjied jaħseb li ser ipassi il-ħut, li wara jispicca immaljat fihom. Id-differenza li hemm bejniethom hi li waqt li l-parit ikun mal-qiegħ u allura jinqabdu ħut  bħal Trill, Skorfon, Sargi, Sirran u ħut ieħor tal-qiegħ, l-għeżula tat-Tumbrelli, Kaħli u Tunnaġġ tkun fil-wiċċ għaliex dan il-ħut jgħum fil-wiċċ jew f’nofs l-ilma. Hemm differenza ukoll sew fl-armar kif ukoll fil-malji ta’ dawn ix-xbieki, għaliex, waqt li l-parit ikun magħmul minn tlett xbieki waħda wara l-oħra b’malja ta’ daqs differenti sabiex jinqabad ħut ta kull daqs u tajjeb li nejdu ukoll li jekk tisma s-sajjieda xlukajri jitkelmu min flok parit isejħulu għazel.L-ixkitt huwa l-istess iżda aktar għoli u għalhekk xi sajjieda min flok xkitt isejħulu l-għoli. Dan ikun aktar għoli sabiex jinqabdu Vopi u Sawrell ukoll, waqt li dawk tal-għezula tat-Tumbrell, Kaħli u Tunnaġġ ikollhom malji aktar kbar għaliex dan il-ħut huwa eħxen mill-ħut l-ieħor.

 

NASSES

Hemm ħafna tipi ta’ nasses b’differenzi sew fl-għamla kif ukoll fil-materjal li jintuza. In-nasses tal-Vopi u l-Arżnell huma magħmula mill-qasab jew tal-ħarira, waqt li dawk tal-Gringijiet, Morini, Sargi, Qarnit u ħlejjaq oħra ta’ dan it-tip, ikunu magħmula minn wire-netting għaliex jirrekjedu aktar saħħa. Differenza oħra hija li minbarra n-nasses ta’ l-Arżnell, l-oħrajn kollha jieħdu xi forma ta’ liska.

 

Test underline


Website minn Alan Agius © Sajd.cjb.net 2004-2005.