|
Min
naħa
tal-bejjiegħa ukoll sar
ħafna avvanz. Illum dawn il-bejjiegħa jinqasmu f’żewġ
kategoriji - dawk li jixtru il-ħut fi kwantitajiet żgħar
u allura jbiegħuh filgħodu stess u oħrajn li għandhom
ħwienet attrezzati bi friżi moderni li jippermettulhom li
jixtru l-ħut fi kwantitajiet kbar u b’hekk minbarra li jaqdu l-mara
tad-dar, iserv ukoll is-settur tal-Catering.
Anke
fejn tidhol l-iġene sar avvanz kbir. Ilum il-biċċa l-kbira
ta’ dawk li jbiegħu fit-triq huma armati b’vannijiet kbar biżżejed
li jipermettilhom li jkollom fuqhom kaxxi tas-silġ li jgħinu
mhux ftit sabiex il-ħut jibqa fi stat tajjeb. Ilum ukoll saret
bidla fil-kaxxi tal-ħut li min flok qed intużaw ta’ l-injam
il-bicca il-kbira qed jintuzaw dawk tal-plastik.
|